Nicole Buttigieg – Page 71 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

DELIA MA JGĦIDX MINN FEJN ĠAB €130,000 F’XAHAR

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jridx jgħid kif f’xahar ġab mija u tlettin elf ewro biex ħallas it-taxxa li kellu pendenti mad-dipartiment tat-taxxa.

Huma ħafna, anki dawk li fil-partit nazzjonalista, li qegħdin isaqsu minn fejn Adrian Delia f’żewġ pagamenti sab il-flus biex ħallas it-taxxa.

Aqra aktar

Id-deputat tal-PN Ivan Bartolo bi kliem oxxen dwar il-PM

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo uża s-sit soċjali Facebook sabiex jinsulta u jikteb kliem dispreġġjativ fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Ivan Bartolo xerred filmat ta’ intervista li kellu l-Prim Ministru fuq ic-CNN. Miegħu kiteb kliem oxxen u ta’ tgħajjir fil-konfront tal-Prim Ministru.

Bartolo xerred dan il-filmat permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook. Iżda jirriżulta li d-deputat Nazzjonalista bagħat il-messaġġ lil persuna żballjata.Aqra aktar

ARA: Puli jaqbel ma’ Adrian Delia

Is-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli iddefenda d-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Fuq iswed fuq l-abjad Adrian Delia hedded lil dawk id-deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil biex jagħmlu d-deċiżjonijiet.

Aqra aktar

FILMAT: Il-Pulizija b’qabda ta’ 111-il kilo droga – missier u iben jinżammu arrestati

 

Missier ta’ ħamsa u ħamsin sena u iben ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Birkirkara ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-qorti akkużati li fir-residenza tagħhom instabu madwar 111-il kilo ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta sabiex tiġi ttraffikata.

L-irġiel ġew arrestati l-Erbgħa filgħaxija wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Fil-qorti ngħad li d-droga nsabet fi tliet pakketti b’60 kilo li kienu qed jinżammu d-dar u madwar 50 kilo oħra li kienu f’garaxx faċċata tad-dar tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend