Nicole Buttigieg – Page 70 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm fi żmien sitt xhur

Fi żmien sitt xhur, persuni gay se jkunu jistgħu jagħtu d-demm.

Ħabbar dan id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne meta żar ix-xogħol ta’ rinovar li sar fuq il-mobile blood donation unit, li dagħodu kien barra l-Parlament.

Il-Ministru Fearne qal li l-Gvern żamm mal-wegħda elettorali tiegħu, sabiex persuni gay ma jiqbgħux ikunu diskriminati u jkollhom ċans li jagħtu d-demm, ladarba jilħqu kriterji meħtieġa.

Għal dan il-għan se jdaħħal apparat tal-aħħar teknoloġija – “NAT Testing”. Dan l-apparat se jkun qiegħed janalizza d-demm ta’ kulħadd qabel jingħata lill-pazjenti, inkluż dawk tal-persuni gay.Aqra aktar

Bil-Filmat: Biljetti tal-Air Malta jistgħu jinxtraw mis-sit ta’ Ryanair

B’kollaborazzjoni mal-linja tal-ajru Ryanair, l-Air Malta se toffri prezzijiet imraħħsa fuq xi titjiriet, li jibdew minn €14.99. Issa, biljetti għall-Air Malta se jkunu jistgħu jinxtraw mis-sit tar-Ryan Air, li fih jidħlu mal-139,000,000 persuna.

Dan qed ikompli jżid mar-riforma li qed tesperjenza l-Linja Nazzjonali tal-Ajru, fejn f’sena biss żiedet żewġ ajruplani fil-flotta tagħha, u nediet menu tal-ikel ġdid. Aqra aktar

F’karriera ta’ 25 sena mal-Forzi Armati salva ħajjet in-nies f’180 każ

F’mija u tmenin każ differenti, Garrison Sergeant Major Roger Mulvaney salva ħajjet in-nies li sabu ruħhom f’diffikulta fil-baħar.

Il-karriera tiegħu fil-Forzi Armati ta’ Malta bdiet fl-elf disgħa mija disgħa u tmenin, u għall-ħamsa u għoxrin sena sħaħ serva bħala ħaddiem tas-salvataġġ fuq il-helicopter.

Mulvaney jiddeskrivi din il-karriera bħala waħda ta’ sodisfazzjon, iżda mimlija emozzjonijiet kemm ta’ ferħ, imma wkoll ta’ niket meta s-salvataġġ mhux dejjem mar kif mixtieq.

Mulvaney spjega li “L-agħar ikunu dawk il-kazijiet meta  ma naslux fil-ħin. Għax il-call tidhol tard. U tasal fuq il-post u isib il-casuality mejjet. Tipprova taghmel minn kollox imma għalxejn u tispicca tibki.”Aqra aktar

Send this to a friend