Nicole Buttigieg – Page 69 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Tkompli tikber il-pressjoni fuq Delia dwar it-taxxa li ma ħallasx

 

“Il-Pajjiz jistoqlu stqarrija ċara mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.”

Iddikjara dan l-editorjal ta’ The Malta Independent,

li kiteb dwar il-kwistjoni tat-taxxa li għandu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u li fl-aħħar ġimgħat ipprova jagħti l-impressjoni li kien ħallas dak kollu dovut minnu lit-taxpayers Maltin u Għawdex.

L-editoral intitolat : “When game over, is not over at all”, irrapporta dak li zvelat il-gazzetta Kullħadd li Delia ħallas ħamsa u ħamsin elf ewro lid-dipartiment tat-taxxa, wara l-maratona ġbir ta’ fondi li għamel l-partit nazzjonalista f’Marzu.

B’Adrian Delia ħareġ jgħid li l-kwistjoni hija Game Over, izda ġimgħa wara sirna nafu li ma kienet Game Over xejn.Aqra aktar

Jweġġa gravi wara li waqa’ f’Wied il-Mielaħ Għawdex

Ġuvni ta’ erbgħa u għoxrin sena waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’Wied il-Mielaħ viċin l-Għasri Għawdex.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart tal-Ħadd wara nofsinhar.

Il-ġuvni li huwa mill-Kalkara, ingħata l-ewwel għajnuna mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ttieħed l-isptar għall-kura. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sistema Edukattiva Alternattiva f’Raħal Ġdid

Il-Ministru ghall-edukazzjoni Evarist Bartolo żar il-Vocational Creative Center – ALP f’Raħal Ġdid.

F’dan iċ-ċentru hawn 166 student li jinsabu fil-5 sena tal-iskola sekondarja li gew jitghallmu istudji vokazzjonali.

L-istudenti jintbgħatu ukoll jiksbu esperjenza ta’ xogħol skond il-qasam li qiegħdin jistudjaw fih. F’dan iċ-ċentru l-istudenti jistghu jagħmlu sa massimu ta’ sentejn. Imbagħad jew jistudjaw fl-MCAST jew inkella jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

 

Edizzjoni oħra tal-Malta Robotics Olympiad għal tmiem din il-ġimgħa

Fit-tmiem il-ġimgħa li ġej ser isir l-Malta Robotics Olympiad. Din hija l-ikbar attività tat-teknologija li isir f’Malta.

Attivita li ilha isir għal dawn l-aħħar 7 snin. Għal din l-attivita inġieb f’Malta Robot mill-Italja u ha jsir xogħol eletroniku fih kollu f’Malta.

L-attivita ser isir Bejn l-20 u 22 ta’ April fl-MFCC Ta Qali.

Send this to a friend