Nicole Buttigieg – Page 68 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

FILMAT: Il-Pulizija b’qabda ta’ 111-il kilo droga – missier u iben jinżammu arrestati

 

Missier ta’ ħamsa u ħamsin sena u iben ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Birkirkara ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-qorti akkużati li fir-residenza tagħhom instabu madwar 111-il kilo ta’ sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta sabiex tiġi ttraffikata.

L-irġiel ġew arrestati l-Erbgħa filgħaxija wara diversi ġimgħat t’osservazzjoni mill-iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Fil-qorti ngħad li d-droga nsabet fi tliet pakketti b’60 kilo li kienu qed jinżammu d-dar u madwar 50 kilo oħra li kienu f’garaxx faċċata tad-dar tagħhom.

Aqra aktar

Tkompli tikber il-pressjoni fuq Delia dwar it-taxxa li ma ħallasx

 

“Il-Pajjiz jistoqlu stqarrija ċara mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.”

Iddikjara dan l-editorjal ta’ The Malta Independent,

li kiteb dwar il-kwistjoni tat-taxxa li għandu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u li fl-aħħar ġimgħat ipprova jagħti l-impressjoni li kien ħallas dak kollu dovut minnu lit-taxpayers Maltin u Għawdex.

L-editoral intitolat : “When game over, is not over at all”, irrapporta dak li zvelat il-gazzetta Kullħadd li Delia ħallas ħamsa u ħamsin elf ewro lid-dipartiment tat-taxxa, wara l-maratona ġbir ta’ fondi li għamel l-partit nazzjonalista f’Marzu.

B’Adrian Delia ħareġ jgħid li l-kwistjoni hija Game Over, izda ġimgħa wara sirna nafu li ma kienet Game Over xejn.Aqra aktar

Send this to a friend