Nicole Buttigieg – Page 66 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Omm u missier Gabriel b’kuraġġ wara li binhom ta’ 6 snin mexa għall-ewwel darba sena ilu

 

Gabriel Abela huwa tifel ta’ sitt snin. Sfortunatament, l-ħajja għal Gabriel ma kinitx ward u żahar.

Ftit qabel twieled, Gabriel waqfitlu qalbu għal ftit ħin, u b’konsegwenza li ta’ erba xhur irrealizzaw li jbati minn Cerebral Palsy.

Celebral Palsy hija kundizzjoni li taffettwa l-muskolu u l-moviment li jagħmel. Huwa ma setax jimxi sew, lanqas jitkellem u lanqas jiekol sew, bil-biża’ tkun li t-tifel jista’ jifga fl-ikel.Aqra aktar

Delia jiġġustifika l-vot kontra dwar l-IVF

Wara l-vot kontra l-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jifhem lill-koppji bi problemi ta’ infertilita.

Meta kien qed jindirizza lill-partitarji nazzjonalisti fil-kazin ta’ Ħ’Attard, Adrian Delia iġġustifika l-vot kontra tal-oppożizzjoni.

“Ha nibqghu nitkellmu u nifhmu l-problemi tagħhom. Naraw kif ix-xjenza tista’ tgħinhom.”

Delia għamel d-dikjarazzjoni surreali meta qal li l-liġi ezisteni tal-IVF, irid li tinbidel. Izda, f’opportunita sabiex tisaħħaħ l-liġi, l-partit nazzjonalista ivvota kontra.

“Jekk ikun hemm bżonn nirranġaw il-liġi, nbiddluha.”Aqra aktar

Daqshekk zokkor u ikel li jħaxxen f’Mater Dei

Bħala parti minn strateġija li twassal messaġġ b’saħħtu favur stil ta’ ħajjia iżjed b’saħħitha, fl-Isptar Mater Dei mhux se jkun permessibli aktar ikel mhux nutrittiv u xorb biz-zokkor.

Din l-ordni ħarġet fil-jum tal-Ħamis mill-Isptar Mater Dei, fejn mhux se jiqba’ jiġi offrut ikel mhux sustanzjuz għall-pazjenti, ħaddiema u vizitaturi.

Aqra aktar

L-GĦADD TAL-VOTI ONLINE MILL-2019

L-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali fl-elfejn u dsatax ser isir b’mod elettroniku.

Dettalji dwar dan il-proċess ingħata mill-Kummissjoni Elettorali waqt il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet.

Aqra aktar

Send this to a friend