Nicole Buttigieg – Page 65 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Regolamenti ġodda għall-ħaddiema li jaħdmu fil-bini

L-Awtorita Maltija għas-saħħa u s-sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, ħabbret regolamenti ġodda skont id-direttiva ewropea għall-ħaddiema li jaħdmu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Is-sena li għaddiet f’Malta kellna inċident wieħed biss fuq il-post tax-xogħol li kien fatali. Fl-Ewropa wieħed minn kull ħames inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol ikunu f’siti ta’ kostruzzjoni.

Għaldaqstant, bir-regolamenti l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ f’Awwissu, se tintefa’ aktar responsabbilità fuq il-kuntrattur jew il-bennej, milli fuq il-klijent li jkun talab biex isir ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.

Sid ta’ post domestiku jew stabbiliment mhux se jibqa’ responsabbli ta’ dak kollu li jiġri. Iżda f’każ ta’ inċident ir-responsabbiltà ser taqa’ f’idejn il-kuntrattur jew il-bennej.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li dawn il-miżuri ġodda ser iwasslu għal aktar protezzjoni għall-ħaddiema fuq dawn il-postijiet tax-xogħol.

Hu bir-regolament qed jitneħħa resp fuq minn ikun talab ix-xogħol. Jista jkun qed isiru xoghlijiet u jinqala accident. Ir respon taqa f’idejn l-kuntrattur.”

Bidla oħra hija li minn żewġ ‘project supervisors’ ser ikun hemm wieħed li xogħlu jobbligah iħares is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u l-ambjent fuq il-post tax-xogħol filwaqt li jara li jittieħdu l-miżuri kollha u li jiġu evitati l-perikli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci elenka bidliet oħrajn għall-ħaddiema li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-għoli.

“Waħda mill-affarijiet enfasisati li waqat mill-għoli. Il-mizuri tekniċi li iridu jittiehdu biex jipprevjeni waqgħat mill-għoli.”

Dr Guaci saħaq li min iħaddem irid ikompli jipprovdi l-affarijiet protettivi filwaqt li l-ħaddiem obbligat jagħmel użu minnhom.

Il-Medavia erbgħin sena f’Malta

“Aħna qegħdin hawn biex nibqgħu, sabiex inkomplu din l-istorja ta’ suċċess.”

Kliem Ivan Refalo il-kap tar-riżorsi umani u tal-komunikazzjoni tal-kumpanija tal-avjazzjoni Medavia, f’għeluq l-erbgħin sena tal-Medavia f’Malta.

 “We are here to stay kellna d-diffikultajiet tagħna pero għelibnihom.”

F’għeluq dan l-anniversarju importanti, din il-kumpanija tal-avjazzjoni qiegħda twettaq investiment ta’ zewġ miljun ewro.

Investiment li jinkludi xiri ta’ għodod speċjalizzati, investiment fil-hanger u ukoll investiment fil-ħaddiema tal-Medavia.

Aqra aktar

Il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett

Ġimgħa ‘l bogħod mill-Festa tal-Imnarja,  fil-Buskett għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal din il-festa tradizzjonali.

Il-Fest tal-Imnarja se tiġi iċċelebrata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla. Il-Buskett jinbidel f’villaġġ agrikolu fejn l-bdiewa u r-raħħala jingħataw l-opportunità li jesebixu l-frott u l-ħxejjex tagħhom.

Filfatt, Anna Zahra li ilha snin taħdem ir-raba’ spjegat kif l-Imnarja hija festa ta’ ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li huwa prodott malti.

Aqra aktar

Delia b’aktar inkonsistenzi dwar il-ħlas tat-taxxa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ngħata għajnuna minn qraba tal-mara tiegħu sabiex ikun jista’ jħallas kont pendenti ta’ tmenin elf ewro f’arretrati ta’ taxxa li kienu jmorru lura s-snin.

It-Times of Malta żvelat kif il-kunjati ta’ Adrian Delia għamlu dan billi daħlu għal konvenju li kien iffirma snin ilu għal proprjetà li tmiss mad-dar tiegħu fis-Siġġiewi b’valur ta’ €88,000.

Dan jikkuntrasta ma’ dak li qal Adrian Delia ma’ The Malta Independent. 

Fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju li għadda, Adrian Delia kien qal li ħallas it-taxxa dovuta mill-bejgħ tal-propjetà kif ukoll ishma ta’ kumpaniji.

Iżda issa jirriżulta li din id-dar għadha fuq konvenju li daħlu għalih il-kunjati tiegħu.Aqra aktar

ARA: Liġi li tħares l-interessi veri tat-tfal

Hekk iddeskriviet l-iżviluppi fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal, il-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli.

Fil-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tat-tfal, l-gvern qed jipproponi li l-professjonisti li jaħdmu mat-tfal ikunu legalament marbuta li jirapportaw kull abbuż fuq it-tfal.

Aqra aktar

ARA: Il-Festa ta’ Corpus fir-Rabat

Il-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat tfakkar l-Festa ta’ Corpus bħala waħda mill-festi prinċipali tagħha.

Dan jixduh l-armar li hemm fit-toroq tar-Rabat u anki fil-knisja ta’ San Pawl – ilkoll imzejna b’tizjin mill-isbaħ għall-festa ta’ Corpus. Bl-artal maġġur armat b’sitta u sittin xema.

Aqra aktar

ARA: IL-Kummissarju Ewropew Jourová : Malta storja ta’ suċċess ekonomiku

“Malta is an economic success story and strong growth, low employment and good living standards.”

Hekk iddeskriviet lil pajjizna l-kummissarju ewropew għall-ġustizzja, konsumatur u ugwaljanza Věra Jourová.
F’Konferenza tal-aħbarijiet fit-tmiem l-ewwel jum taz-zjara tagħha f’Malta saħħqet li bla dubju malta hija storja tas-suċċess fejn tidħol l-ekonomija.

Filwaqt li irrikonoxiet li t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu, l-inqas rata ta’ qgħad u l-maltin għandhom livell tal-għixien tajjeb.

Mistoqsija dwar l-imparzjalita tal-qrati maltin, fl-isfond tal-laqgħa li kellha mal-Prim Imħallef hija kellha kliem ta’ tifħir u qalet li ħadet impressjoni tajba ta’ din l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiz.

Faħħret ukoll il-laqgħa li kellha mal-Ministru Owen Bonnici.

Send this to a friend