Nicole Buttigieg – Page 60 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

In-naħa t’isfel tal-Belt qed tingħata nifs ġdid

B’investiment ta’ erbgħa u għoxrin miljun ewro, il-proġett tar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta jinsab fi stadju avvanzat.

F’Awwissu, beda ir-restawr tas-swar mill-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta sa Forti Sant Iermu. Partijiet mis-swar diġà tlesta r-restawr fuqu.

Ir-restawr beda wara li l-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Ministeru tal-Kultura għamlu l-istudji neċessarji, biex permezz tar-restawr ikun jista’ jsir it-tindif u tiswija tal-stess swar.Aqra aktar

Ikisser ħġieġa ta’ karozza f’San Ġiljan biex jidħol jorqod fiha

Student li kien fis-sakra tressaq il-qorti wara li kisser ħġieġa ta’ karozza sabiex jidhol fiha biex jorqod.

Nicolas Jesus Rivera Cordero ta’ 25 sena, imwieled iċ-ċili, li jinsab Malta minħabba l-istudji tiegħu, it-tnejn filgħaxija kien fis-sakra u waqt li kien miexi lejn ir-residenza f’San Ġwann huwa kisser ħġieġa ta’ karozza bl-intenzjoni li jidħol fil-karozza u jorqod.

Il-karozza tat-tip Nissan kienet ipparkjata fit-Triq Żebbuġ San Ġiljan. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u akkużat fost oħrajn li għamel danni fuq vettura tal-kiri u li kien fis-sakra fil-pubbliku.

Il-Maġistrat Charmaine Galea sabet lill-istudent ħati. Huwa ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiza għal erba’ snin u kien ordnat li jħallas €4,397 f’ danni sa Novembru.

Bil-ħlas se jsir meta l-istudent imur lura f’pajjizu.

Appoġġ lill-pazjenti jgħin fil-kura tagħhom

Riċerka li saret madwar id-dinja fl-elfejn u sittax turi li meta pazjent isib spalla minn dawk ta’ madwaru jmur aħjar fil-kura tiegħu.

Din ir-riċerka saret minn edukaturi, xjentisti u tobba li sostnew kif is-support iħalli effett importanti fil-kura tal-pazjent.Aqra aktar

Ħtieġa ta’ aktar spiżjara f’Malta

 

F’Malta hawn elf u erba mitt spiżjar irreġistrat, jiġifieri spiżjar għal kull tlett mitt persuna.

Il-Professur Lilian Azzopardi, Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Univerista ta’ Malta qalet li meta mqabbel ma’ pajjizi oħrajn, f’Malta għandna ħafna spiżjara iżda hemm bżonn ta’ aktar persuni jiggradwaw bħala spiżjara.

 

Il-Professur Azzopardi qalet dan meta kienet qiegħda tieħu shem fl-attività fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ispiżjara. Din is-sena bit-tema – “Mir-riċerka għall-kura tas-saħħa, l-ispiżjar tiegħek għas-servizz tiegħek.”Aqra aktar

Send this to a friend