Nicole Buttigieg | One News - Part 5

Nicole Buttigieg

Notifiki

“Għaqqadna jdejna flimkien, waqafna nibku u tlabna għal Elisa”– sħabha tal-iskola

Elisa Buhagiar ta’ 10 snin mill-Imtarfa hija l-vittma li tilfet ħajitha traġikament f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa l-Ħamis filgħaxija. Aħbar li ħasdet lil bosta, iżda telfa akbar għal dawk li kienu jafuha. Fosthom it-tfal tal-iskola St Joseph, l-iskola li kienet tattendi Elisa li kienet fil-ħames sena tal-iskola primarja, u magħha kienu jqattgħu ħafna ħin fuq il-bank tal-iskola.

Viżibbilment emozzjonati, Maya Camilleri u Marya Mizzi, ħbieb tal-qalb ta’ Elisa u li kienu jmorru l-iskola magħha, qalulna li ma jistgħux jemmnu li tilfu lil Elisa.

“Meta sirt naf li mietet ħadt dik id-daqqa qisni f’dinja oħra…. Kien xokk kbir u qisna riedna naċċettaw li ħabiba tagħna kienet mietet u ma nistgħux nġibuha lura”, qalu Maya u Marya.

Iż-żewġt iħbieb jirrakkontaw kif il-Ħamis raw l-aħbarijiet u semgħu bl-inċident imma qatt ma basru li l-vittma kienet se tkun Elisa.

“Rajt l-aħbarijiet u rajt l-inċident imbagħad bagħtu li l-kunċert tħassar…. ħadt xokk kbir meta l-parents bagħtu u qalu li Elisa. Jien ħsibt li kienet orajt imma kien xokk kbir ilni nafha mill-kindergarten”.

Il-jum tal-ġimgħa kellu jkun importanti għal Elisa, għax wara ġimgħat sħaħ ta’ tħejjijiet, kien se jkollha l-parti ewlenija fil-kunċert tal-iskola. Iżda d-destin ried mod ieħor, u l-iskola ħassret il-kunċert b’sinjal ta’ rispett lejha u qrabatha.Aqra aktar

Chris Said u Karol Aquilina jridu li Delia jitlob vot ta’ fiduċja

Id-deputat Nazzjonalisti Chris Said u Karol Aquilina jridu li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu.

Chris Said u Karol Aquilina huma żewġ deputati ewlenin mill-fazzjoni tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil li akkost ta’ kollox ma jridux lil Delia fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żewġ deputati qegħdin isostnu li Adrian Delia għandu jerfa’ r-responsabbilità għaż-żewġ telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.

Chris Said, li fit-tellieqa għal Kap tellaq kontra Adrian Delia, ħareġ fil-beraħ u f’kummenti ma’ Television Malta qal li Delia għandu jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu.

Ma’ Chris Said ingħaqad Karol Aquilina li tefa’ pressjoni fuq Adrian Delia sabiex jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu fil-Kunsill Ġenerali.Aqra aktar

Deputati tal-PN jgħidu li Adrian Delia ma jitwemminx

Adrian Delia ma jitwemminx.

Hekk iddikjaraw d-deputati nazzjonalisti li tkellmu ma’ The Times of Malta.

Fil-laqgħa tal-grupp parlamentari aktar minn għaxar d-deputati Nazzjonalisti talbu lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jirriżenja jew inkella jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu mill-kunsill ġenerali.Aqra aktar

Karol Aquilina jgħid li Pierre Portelli jinsab iddisprat

Ftit minuti wara li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia telaq mid-Dar Ċentrali, ħareġ Id-deputat nazzjonalista Karol Aquilina li mar fuq il-ġurnalisti u qalilhom li jrid jagħmel stqarrija.
Aquilina stenna lil Adrian Delia jitlaq sabiex ikun jista’ jiftaħ attakk fuq Pierre Portelli li ftit sigħat qabel il-laqgħa tal-grupp parlamentari, dan tal-aħħar wieġbu għall-attakk li fetaħ kontrih fuq Facebook dwar ħbiberija ta’ negozjant li kien fil-mira tal-fazzjoni ta’ Busuttil.

Aqra aktar

Send this to a friend