Nicole Buttigieg | One News - Part 4

Nicole Buttigieg

Notifiki

BIL-FILMAT: David Casa jgħid li l-istituzzjonijiet Ewropej huma tal-PN

L-Ewroparlamentari nazzjonalista David Casa qal li l-ogħla istituzzjonijiet ewropej huma tal-Partit Nazzjonalista.

“Dawk l-istituzzjonijiet huma tagħna”

F’dawn il-ħames snin David Casa flimkien mal-Ewroparlamentari Nazzjonalisti Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech marru f’dawn l-istituzzjonijiet sabiex jagħmlu ħsara lil pajjizna.

Casa u Metsola ħadmu biex iġibu Malta delegazzjoni mill-Parlament Ewopew magħmula fost oħrajn minn Ana Gomez u Sven Giegold  sabiex ipingu lil Malta b’mod ħazin u jinvestigaw lil pajjizna.

David Casa qal li jrid jerġa’ jiġi elett biex hu u l-ewroparlamentari nazzjonalisti jkomplu jieħdu l-kontroll ta’ dawn l-istituzzjonijiet Ewropej.

“Biex l-istituzzjonijiet nagħmluhom tagħna ukoll. Biex il-Parlament Ewropew ikun taghna wkoll. Il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ministri jkunu tagħna wkoll.”

B’Casa qal lill-partitarji nazzjonalisti fir-Rabat li hu kburi li jqum fil-Parlament Ewropew .

“Kburi li casa iqum fil-Parlament”

Fl-attività politika li saret fir-Rabat, Adrian Delia qal li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jixraq li jkun elett fil-kunsill tar-Rabat.

Anki jekk ma ressaqx proposta waħda għal din il-lokalità.

“Il-Partit Nazzjonalista li jixraq lir-Rabtin”

B’tonn mill-aktar aggressiv u diviviż, Delia qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux minn xiex jistħi.

“Qatt ma biddilna l-isem tal-Partit. Qatt ma kellna minn xiex nistħu.”

Delia qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux minn xiex jistħi meta kien l-istess partit ivvota bil-qalb biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u żamm il-power stations tal-Marsa u Dellimara jaħdmu bil-Heavy Fuel Oil


Stephen Spiteri skomdu jwieġeb dwar il-każ ta’ Toni Bezzina

Deputati Nazzjonalisti qed ikunu skomdi jikkummentaw dwar il-każ tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.

Din il-ġimgħa, il-Qorti tal-appell ikkonfermat li Toni Bezzina qabbad ħaddiem tal-Gvern jagħmlu xogħol fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Bezzina ġiegħel lil dawn il-ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza li mhux vera wettqu x-xogħlijiet fil-każin.Aqra aktar

Chris Said u David Stellini jikkonfermaw il-U-Turn tal-PN dwar il-mina

Id-Deputati Nazzjonalisti Għawdxin Chris Said u David Stellini kkonfermaw il-kutrumbajsa li għamel il-Partit Nazzjonalista dwar it-twettieq tal-proġett ta’ mina bejn Malta u Għawdex.

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew David Stellini kkonferma li l-Partit Nazzjonalista biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-proġett tal-mina bejn iz-zewġ gzejjer.Aqra aktar

Pierre Portelli jgħid li l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju hi bejn Joseph Muscat u Adrian Delia

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għal diversi drabi ddikjara li fl-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju l-elettorat m’għandux jagħzel bejnu u bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iżda sa ftit tax-xhur ilu, Pierre Portelli, id-direttur tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminja ta’ Delia,  kien jaħsibha mod ieħor.

Fil-programm Xtra tat-tlieta ta’ Jannar li għadda li ddiskuta l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju, Portelli qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkollhom impatt fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.Aqra aktar

Send this to a friend