Nicole Buttigieg | One News - Part 26

Nicole Buttigieg

Notifiki

ARA: 3,000 student b’interess biex jistudjaw f’Barts f’Għawdex

Tlett elef student minn kull rokna tad-dinja, qegħdin juru interess sabiex jiġu jistudjaw il-mediċina, fl-iskola medika Barts f’Għawdex.

Qal dan id-dekan tal-edukazzjoni tal-iskola medika Barts, il-Professur Anthony Warrens, li qal li l-istudenti interessati għandhom fost l-ogħla kwalifiċi edukattivi.

“We have many thousand of inquiries from all over the world, representend from every application we received. Some people are very high qualified, but we are still trying to attracting more people.”

L-iskola medika Barts bdiet topera fil-gzira Għawdxija f’Settembru tal-elfejn u sbatax. Huma disgħa u ħamsin student li fl-ewwel u tieni sena qegħdin jistudjaw f’Barts.

Fost dawn l-istudenti hemm Marie-Sophie Gomm, studenta li tinsab fit-tieni sena akkademika ta’ Barts. Marie-Sophie kienet qiegħda tistudja fir-Renju Unit imma ħasset li hija opportunita tajba li tiġi tistudja f’Malta għal ħames snin.

“I studied in uk this opportunity arose its fantastic exeprience.”

Ma’ Marie-Sophie, ingħaqad ukoll Il-Professur Anthony Warrens li qal li dawn is-sena u tlett xhur kienu esperjenza fantastika għall-iskola medika ta’ Barts:

“Its been fantastic experience, people were really welcoming. Its wonderful establishing our school here in Gozo. The education we offered is a high class.”

Il-Ministru ta’ Għawdex Justyne Caruana qalet li Għawdxin huma kburin li qegħdin joffru l-aqwa esperjenza lil dawn l-istudenti u lill-akkademiċi.

“Esperjenza pozittiva dawn gew jghixu mal-familja taghhom hawnhekk u qeghdin naraw ukoll li jinholoq aktar turizmu.”

Is-sena li ġejja ħdejn l-isptar ġenerali ta’ Għawdex se jitlesta l-bini tal-iskola Barts sabiex l-istudenti jibdew jitgħallmu minn din l-iskola.

“Mhux il-ħajja fil-Palazz se nimmissja, iżda n-nuqqas tal-kuntatt man-nies” – Edgar Preca

“Jien mhux se nimmissja l-ħajja tal-Palazz, iżda se nħoss in-nuqqas tal-kuntatt man-nies.”

Stqarr dan ir-raġel tal-President ta’ Malta, is-Sur Edgar Preca, f’din l-aħħar Istrina tal-familja Preca, hekk kif  erba xhur oħra tiġi fi tmiemha l-Presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca.

Edgar Preca qal “Mhux se nimmissja l-ħajja tal-Palazz pero se nimmissja żjarat fl-ispartijiet ma’ Marie Louise Londra, żjarat fil-Hospice u d-djar tal-anzjani. Memorji sbieħ li se jibqgħu f’qalbi.”

Jiem biss ’il bogħod mill-Istrina, is-Sur Preca appella għall-ġenerozità tal-poplu malti.Aqra aktar

It-triq li mill-Imtarfa twassal għall-Imġarr se titwessa’ għal żewġ korsiji

Beda x-xogħol fit-Triq Buqana, triq ewlenija taħt l-Imdina li tagħti għall-Imġarr u l-Mosta, sabiex minn korsija waħda titwessa’ għal żewġ korsiji, mill-Imtarfa sar-Roundabout tal-Imġarr.

Il-proġett b’investiment ta’ €3.6 miljun, għandu l-għan li jnaqqis il-ħin tas-sewwieqa li jivvjaġġaw minn din it-triq b’36%. Fil-fatt, ta’ kull filgħodu s-sewwieqa jħabbtu wiċċhom ma’ konġestjoni kbira ta’ traffiku, bir-residenti li jgħixu fl-Imtarfa, ir-Rabat jew l-Imdina jagħmlu kwarta mwaħħlin fit-traffiku li jingema’ f’din it-triq.Aqra aktar

Send this to a friend