Nicole Buttigieg – Page 25 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Chris Said u David Stellini jikkonfermaw il-U-Turn tal-PN dwar il-mina

Id-Deputati Nazzjonalisti Għawdxin Chris Said u David Stellini kkonfermaw il-kutrumbajsa li għamel il-Partit Nazzjonalista dwar it-twettieq tal-proġett ta’ mina bejn Malta u Għawdex.

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew David Stellini kkonferma li l-Partit Nazzjonalista biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-proġett tal-mina bejn iz-zewġ gzejjer.Aqra aktar

Pierre Portelli jgħid li l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju hi bejn Joseph Muscat u Adrian Delia

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għal diversi drabi ddikjara li fl-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju l-elettorat m’għandux jagħzel bejnu u bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Iżda sa ftit tax-xhur ilu, Pierre Portelli, id-direttur tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u l-id il-leminja ta’ Delia,  kien jaħsibha mod ieħor.

Fil-programm Xtra tat-tlieta ta’ Jannar li għadda li ddiskuta l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju, Portelli qal li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkollhom impatt fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.Aqra aktar

ARA: Adrian Delia jerġa jaħrab lill-ġurnalisti

F’jum ieħor ta’ kampanja elettorali l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa ma ltaqax mal-ġurnalisti.

Ġimgħatejn ilu l-Partit Nazzjonalista nhieda l-kampanja elettorali, izda Adrian Delia ma deher imkien b’mod li kien disponibbli għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Kien hemm biss okkażjoni waħda fejn wieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti.

Aqra aktar

Kumpanija tħares lejn iżjed investiment wara li ħadet nifs bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl

Storja ta’ suċċess għall-kumpanija PET Packaging Containers, intrapriza tal-familja li minkejja d-diffikultajiet li ħabbtet wiċċha magħhom irnexxilhom iqajmu mill-ġdid in-negozju fuq saqajh.

Fl-2010, il-kumpanija kienet timmanifattura flixken tal-ilma u tesportahom,  izda minħabba iz-zieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-kumpanija kellha tbiddel l-operat tagħha.

llum il-kumpanija tagħmel xogħol ta’  riciklar tal-plastik u jissortjaw fdalijiet ta’ materjali li jibqa’ minn proċess li jipproduċi oġġetti solidi.

Wieħed mid-Diretturi tal-Kumpanija Edward Cassola spjega li n-negozju tagħhom kien qieghed jiffaccja diffikultajiet minħabba z-zieda fil-kontijiet tad-dawl.

“Maż-żmien kellna ndawwru r-rota minħabba kif għolew il-kontijiet u kellna niddeversifikaw,” qal is-Sur Cassola.

Bil-flus li ffrankaw mit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-kumpanija investit maz-żewġ miljun ewro biex tibqa’ kompetittiva.

“Tawna nifs ir-rati kif ġew revised, investejna f’makkinarju u investejna wkoll fil-panelli,” kompla jgħid.

Fil-fatt permezz ta’ għajnuna mill-Malta Enterpise, il-kumpanija se tinvesti f’magni ġodda, li permezz tagħhom plastik żejjed  li jkun iġġenerat minn kumpaniji oħra, tkun tista tipproċċesah b’tali modd li jerġa jsir tajjeb biex jintuża.

Il-kumpanija timpjega sitta u sebgħin ħaddiem, u b’dan l-aħħar investiment se jżidu n-numru ta’ impjegati għal kwazi ħamsin persuna oħra.

Fiż-żjara li għamlu l-Ministru għall-investiment u l-intraprizi zgħar Chris Cardona u l-Ministru għall-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela zaru din il-kumpanija u kellhom kliem ta’ tifħir għad-dedikazzjoni tal-ħaddiema.

Il-Ministru Chris Cardona qal li huwa ta’ sodisfazzjoni għalih li jara kumpanija bħal din li ħadet nifs bit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u qiegħda tinvesti għall-iktar suċċess.

“Sitta seba snin ilu kumpaniji bħal dawn kienu għaddejjin minn żmien iebes ħafna fejn il gvern qallhom sibu x’imkien ieħor fejn tagħmlu negozju. Aħna x-xewqa tagħna dejjem kienet li kumpaniji jkomplu jikbru,” saħaq il-Ministru Cardona.

Send this to a friend