Nicole Buttigieg | One News - Part 24

Nicole Buttigieg

Notifiki

Estiż is-servizz ta’ respite għal persuni b’diżabilità li se jassisti 1,000 familja

Fil-bidu tal-ġimgħa iddedikata għall-persuni b’diżabilità, il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgurata Casa Apap Bologna fil-Mosta, li nbidlet f’ċentru ta’ respite sabiex tilqa’ fiha persuni b’diżabilitajiet differenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din hi l-ewwel darba li l-Gvern daħal fi sħubija mal-privat biex jipprovdi dan is-servizz. Servizz mill-iktar importanti li se jaffettwa l-kwalità tal-ħajja ta’ madwar 1,000 persuna b’diżabbiltà.Aqra aktar

Storja ta’ suċċess għal ċkejken li għandu passjoni lejn id-dixxiplina tal-Karate bil-wheelchair

Dan huwa Nick Mercieca, tifel ta’ 12-il sena, li għandu kundizzjoni fin-nervituri li kawża tagħha ma jimxix u ma jarax sew mill-bogħod.

Minkejja d-diżabiltà tiegħu, Nick ilu għal dawn l-aħħar sitt snin jippratika d-dixxiplina tal-Karate, u huwa l-ewwel Malti li rrapreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna fil-Karate bil-wheelchair.Aqra aktar

ARA: Is-suldati tal-AFM fuq “il-missjoni Movember”

Matul ix-xahar ta’ Novembru, is-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu għaddejjin fuq missjoni. Mhux missjoni ta’ salvataġġ kif imdorrija narawhom f’ħidmiethom, imma missjoni sabiex iqajmu kuxjenza dwar Movember, kampanja internazzjonli li taf il-bidu tagħha fl-Awstralja, iżda fl-aħħar snin bdiet tingħata importanza f’Malta wkoll.Aqra aktar

Deputati Nazzjonalisti jiddefendu lil Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea ħareġ għonqu jiddefendi lid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Il-gazzetta It-Torċa żvelat li l-każ skandaluż tal-esproprazzjoni tal-art tal-Fekruna jinsab taħt il-lenti tal-Pulizija għall-mod li bih ingħatat l-art pubblika lil persuna qrib il-partit nazzjonalista. Dan b’kuntratt iffirmat erbat ijiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.Aqra aktar

L-MŻPN joffru r-riżenja lil Clyde Puli- ma tiġix aċċettata

It-tmexxija kollha tal-Moviment Żgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista, l-MŻPN, offriet r-rizenja tagħha lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli. Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma’ ONE News qalu li l-President tal-MŻPN, Joseph Grech, u l-kumplament tat-tmexxija ta’ dan il-moviment, offrew ir-riżenja tagħhom wara l-Kunsill Ġenerali li ġie fi tmiemu l-Ħadd li għadda. Aqra aktar

Simon Busuttil u sitt Deputati tal-PN iċċensurati

L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien fost numru ta’ Deputati Nazzjonalisti li ma tħalliex jitkellem fil-Kunsill Ġenerali li organizza l-Partit Nazzjonalista tul il-ġimgha li għaddiet.

Kunsill Ġenerali li reġa’ kompla jikxef il-qasma u l-inkwiet intern li hemm fil-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Send this to a friend