Nicole Buttigieg | One News - Part 23

Nicole Buttigieg

Notifiki

ARA: Delia sieket quddiem l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma lissinx kelma waħda dwar dak li ġie allegat mill-gazzetta MaltaToday, li fil-ħarġa tal-Ħadd irrappurtat li m’hemm l-ebda rabta bejn l-allegazzjonijiet li ħareġ jagħmel  ta’ firem iffalsifikati u investigazzjoni dwaru mill-Aġenizija Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU.

Adrian Delia li ilu mill-bidu tal-karriera politika jiffaċċja allegazzjonijiet li daħħal nofs miljun ewro f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni, ħarab li jitkellem u jagħti spjega dwar dawn l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li qiegħed jiffaċja. Allegazzjonijiet li dwarhom ma jridx jitlob inkjesta maġisterjali.Aqra aktar

Il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport tiddeskrivi l-proġett tal-Marsa “inkreddibli”

Il-Kummissarju Ewropew tat-Trasport Violeta Bulc iddeskriviet il-proġett tal-Junction tal-Marsa bħala proġett inkredibbli u baqgħet impressjonata bix-xogħlijiet li għaddejjien.

Nies tekniċi li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett tas-sebgħin miljun ewro, taw spejgazzjoni tax-xogħlijiet li għaddejjien lill-Kummissarju Ewropew.

Bulc qalet li dan il-proġett għandu koordinazzjoni tajba, u tħares il quddiem li tiġi Malta u tara l-proġett konkluz fl-elfejn u għoxrin. Proġett li fi kliema huwa importanti ħafna għal pajjizna u faħħret l-impenn tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ħa l-inizjattiva sabiex pajjizna jagħmel dan il-proġett.

“I see how extremly urgent this project is for malta. Clear commitment and coordination with the Prime Minister and Minister.”

Il-Proġett tal-Junction tal-Marsa qiegħed isir b’fondi ewropej, bil-Kummissarju Ewropew esprimet is-sodisfazzjoni tagħha li l-flus taċ-ċittadini Ewropej qegħdin jiġu investiti fi proġett inkredibbli, li se jnaqqas it-traffiku fin-naħa t’isfel ta’ malta.

“Very important investment I had to see and I’m very happy phases are delivered as schedule.”

Bħalissa, l-proġett tal-Junction tal-Marsa qiegħed fi stadju importanti ħafna, fejn qiegħed isir ix-xogħol fuq il-pedamenti għall-pilastri li fuqhom se jistrieħu l-ewwel pontijiet fil-proġett.

Bl-ewwel żewġ pontijiet minn sebgħa mistennija jkunu lesti sas-sajf li ġej u se jgħaqqdu Triq Aldo Moro ma’ Triq Garibaldi.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg irringrazzja lill-Kummissarju Ewropew tal-kummenti pozittivi u reġa enfasiza l-importanza ta’ dan il-proġett għal pajjizna.

“Nilqgħu l—kummenti pozittivi u inkoraġanti imma huma kummenti li anki qeghdin iħossu in-nies dan il-proġett importanti li qabel in-nies kienu jeħlu u issa traffiku se jibqa għaddej.” qal il-Ministru Borg

Il-proġett tal-Junction tal-Marsa jinkludi seba flyovers u aktar minn tnax-il kilometru ta’ korsiji ġodda jew mibnija mill-ġdid.

Il-proġett,  jinkludi ukoll passaġġi pedonali u korsiji għaċ-ċiklisti ġodda u faċilità tal-park and ride. Il-proġett mistenni jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Kummissarju Ewropew għat-Trasport tiddeskrivi l-proġett tal-Marsa “inkreddibli”

“Proġett inkreddibli.” Hekk iddeskriviet il-proġett tal-Junction tal-Marsa l-Kummissarju Ewropew tat-Trasport Violeta Bulc.

Dalgħodu żaret il-proġett tal-Junction tal-Marsa li qiegħed isir b’investiment ta’ sebgħin miljun ewro. Hemm hekk hija ingħatat spjega minn nies teknici li qegħdin jaħdmu fuq dan il-progett.

Hija awguratilhom għal dan il-progett għax fi kliemha qegħdin jaħdmu fuq progett inkreddibli. Temmet billi qalet li meta dan il-proġett ikun lest, ser terga’ tigi hi personali iżżuru.

B’investiment tas-sebgħin miljun ewro bħalissa qegħdin jinbnew il-flyovers fuq dan il-project li se jnaqqas it-traffiku fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Delia jaħrab milli jwieġeb dwar allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-allegazzjoni li daħħal kważi nofs miljun ewro f’ċekkijiet u depożiti fi flus kontanti f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.

Fi tmiem attività li l-Partit Nazzjonalista stieden lill-media għaliha, il-ġurnalisti stennew lil Adrian Delia biex jistaqsuh mistoqsijiet dwar l-allegazzjoni gravi li qed jiffaċċja ta’ ħasil ta’ flus.

Iżda Adrian Delia ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet, bl-iskuża li m’għandux ħin iwieġeb lill-ġurnalisti.

Minkejja li Delia stieden lill-ġurnalisti sabiex jagħmlu appuntament miegħu biex jistaqsuh il-mistoqsijiet, Adrian Delia ilu ġimgħa jaħrab lill-ġurnalisti li bagħtulu mistoqsijiet bil-miktub dwar l-allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus.

The Malta Independent irrappurtat li Adrian Delia qiegħed jinjora l-mistoqsijiet li sarulu dwar l-allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus li ilu jiffaċċja sa mill-elfejn u sbatax, mindu Daphne Caruana Galizia kienet ħarġet b’din l-allegazzjoni.

L-Independent staqsiet lil Delia jekk huwiex se jitlob inkjesta maġisterjali fil-konfront tiegħu, bħalma għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tiegħu jew ta’ familtu. Izda Delia reġa’ rrifjuta li jitlob inkjesta maġisterjali biex jiġi investigat jekk daħħalx flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.

L-Independent staqsiet lil Adrian Delia jekk fid-dawl ta’ din l-allegazzjoni igawdiex l-appoġġ tal-grupp parlamentari nazzjonalista. Izda Delia ma weġibx lanqas għal din il-mistoqsija.

It-Times of Malta wkoll irrapurtat li ġimgħa ilu bagħtet mistoqsijiet lil Adrian Delia dwar l-allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus. Liema mistoqsijiet baqgħu ma ġewx imwieġba minn Delia.

Intant, l-Editorjal tal-Malta Today qal li Adrian Delia għandu jikkunsidra l-futur politiku tiegħu.

L-Editorjal qal li minkejja li l-allegazzjoni li Adrian Delia daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey tmur lura erbatax-il sena ilu, l-allegazzjonijiet mhumiex fiergħa imma serji ħafna.

Irrimarka wkoll li l-inkjesta maġisterjali li talab Adrian Delia mhix se tinvestiga l-allegazzjoni tal-ħasil ta’ flus imma biex jiġi investigat kif ħarġet informazzjoni dwaru.

Tenniet li dawn l-allegazzjonijiet qegħdin jimminaw r-reputazzjoni ta’ Adrian Delia, kemm bħala Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll bħala kelliem tal-governanza t-tajba.

 

Is-suċċess ta’ Malta frott ir-riformi – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-suċċess ta’ Malta huwa riżultat tal-fatt li l-Gvern ma beżax iwettaq ir-riformi li kien jeħtieġ pajjiżna.

Dr Muscat qal dan waqt li kien qed jiġi intervistat minn Stefano Mallia f’attivita mtella’ mill-Kamra tal-Kummerċ li trattat il-qagħda tal-ekonomija Maltija..

Il-Prim Ministru qal li jkun iktar faċli għall-Gvern li ma jagħmilx il-bidliet. Izda, sostna li l-mument li gvern jieqaf  jagħmel riformi u l-bidliet, l-ekonomija tibda tistagħġna.

F’dawn is-sitt snin il-gvern daħħal fis-seħħ għadd tar-riformi fosthom fis-settur tal-enerġija, u bħalissa l-gvern għaddej b’ħidma biex Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li taqleb għal karozzi elettriċi.

Riforma oħra li tkellem dwarha l-Prim Ministru kienet dik li aktar nisa jkunu mħeġġa li jieħdu sehem fil-politika u jidħlu fis-suq tax-xogħol. Bil-Gvern daħħal s-servizz taċ-childcare b’xejn sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-istorja parlamentari turi li kienu biss sebgħa u għoxrin mara li ġew eletti fil-Parlament. Hawnhekk tkellem dwar ir-riforma importanti, li tħabbret sabiex ikollna aktar rapprezentanza ugwali fil-Parlament.

Għaldaqstant, il-Prim Ministru qal li l-isifida tal-gvern tkompli tkun li jwettaq bidliet neċessarji.

Mistoqsi jekk l-ekonomija hix tikber b’rata mgħaġġla, Dr Muscat qal li xogħlu bħala Prim Ministru hu li jiżboq it-tbassir ekonomiku ta’ pajjiżna.

“Will not be part of any conversation, it will rain cats and dogs to prepare for a rainy day we need to work more.”

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-isfidi ta’ Brexit u oqsma ekonomiċi ġodda li qiegħed joħloq pajjizna fosthom il-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali u l-politika l-ġdida tal-ispazju.

Dwar it-trasport, il-Prim Ministru qal li sistema ta’ trasport tal-massa bħalissa, bil-popolazzjoni ta’ pajjizna kif inhi, hija vijabli biss minn Tas-Sliema għal San Ġiljan.

 

 

 

 

FILMAT: Delia jaħrab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-allegazzjoni li daħħal kważi nofs miljun ewro f’ċekkijiet u depożiti fi flus kontanti f’kont bankarju f’Jersey.

Fit-tmiem attivita li l-Partit Nazzjonalista stieden lill-media għaliha, il-ġurnalisti stennew lil Adrian Delia sabiex jistaqsu mistoqsijiet dwar l-allegazzjoni li qiegħed jiffaċċja ta’ ħasil ta’ flus. Iżda Delia rrifjuta u ħarab milli jwieġeb l-mistoqsijiet, bl-iskuża li m’għandux ħin iwieġeb lill-ġurnalisti.

Dan il-Gvern ma beżax jagħmel ir-riformi biex ikollu suċċess ekonomiku – il-PM

Dan il-Gvern ma beżax jagħmel riformi, riformi li xprunaw sabiex il-Gvern ikollu suċċess ekonomiku. Malli l-gvern jieqaf jagħmel riformi u bidliet neċessarji l-ekonomija tistagna.

Iddikjara dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta indirizza lill-Kamra tal-Kummerċ Maltija.

Madankollu saħaq li l-Gvern irid jaħdem iktar, bl-innovazzjoni u l-bidla huma kunċett li l-Gvern ma jistgħa jieqaf qatt iħaddem.

Tkellem ukoll dwar ir-riforma li tħabbret ilbierah sabiex aktar nisa ikunu imħeġġa jidħlu fil-politika.

Dwar trasport tal-massa il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li trasport tal-massa bil-populazzjoni ta’ bħalissa hija possibli biss f’żona f’Ta’ Sliema. Filwaqt li qal li hemm pjan ta’ 25 sena sabiex pajjiżna ikollu sistema tat-trasport tal-massa .

Il-Prim Ministru temm billi qal li jrid ikollna diskussjoni sabiex naraw fejn pajjizna irid imur u jekk iridux li l-pajjiz jikber.

Tal-Occupy Justice jgħidu li Delia jaħsel il-flus

“It’s beginning to look like you might be a money launderer, Delia.” Kitbu dan tal-Occupy Justice, fuq Facebook, b’reazzjoni għall-istorja żvelata minn The Sunday Times, li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia daħħal kważi nofs miljun ewro f’ċekkijiet u depożiti fi flus kontanti daħlu f’kont bankarju f’Jersey.

Tal-Occupy Justice qalu li din l-istorja hija l-bidu li tindika li Adrian Delia jista jkun li jaħsel il-flus. Fil-grupp Occupy Justice, li twaqqaf sabiex ifakkar l-blogger Daphne Caruana Galizia, huma attivi sew id-deputati nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, bħal Busuttil inifsu, Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u Claudette Buttigieg.Aqra aktar

Indirizz tal-Prim Ministru b’rabta ma’ Brexit

Fis-stqarrija ministerjali l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jekk ir-Renju Unit japprova l-arranġament tat-tluq din il-ġimgħa, allura ma jkunx hemm problemi għaliex, fid-data tal-elezzjonijiet, iċ-ċittadini tar-Renju Unit ma jkunux ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ma jkunux eleġibbli biex jivvutaw. Il-gvern qiegħed jieħu pariri legali dwar il-bzonn ta’ aġġustamenti zgħar minħabba li fid-data li jibda l-advanced voting, it-18 ta’ Mejju, iċ-ċittadini tar-Renju Unit xorta jkunu meqjusa ċittadini tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Imnedija skema li tgħin lill-għaqdiet sportivi jinvestu f’enerġija alternattiva b’investiment ta’ nofs miljun ewro

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima nedew skema b’investiment ta’ €500,000 bil-għan li tgħin lill-għaqdiet sportivi biex jinvestu f’Enerġija Alternattiva.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-investimenti li saru u li qegħdin isiru, qed iservu sabiex jiżguraw li l-konsumatur ikun ipprovdut b’enerġija sostenibbli, sigura u affordabbli. Spjega li din l-iskema toffri għajnuna finanzjarja, b’valur massimu ta’ €50,000 biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħeġġa jagħmlu investimenti li forsi jkunu ilhom fil-pjanijiet tagħhom, iżda minħabba raġunijiet finanzjarji, qatt ma jkunu saru. Huwa qal li din l-iskema tista’ tkun ukoll ta’ interess għall-klabbs żgħar fejn l-investiment ikun iżgħar, per eżempju jkollhom bżonn istallazzjoni ta’ dwal intelliġenti, solar water heaters jew heat pumps.Aqra aktar

Send this to a friend