Nicole Buttigieg | One News - Part 19

Nicole Buttigieg

Notifiki

FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li l-Prim Ministru qed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli dwar il-frame-up Egrant.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Lulju tas-sena li għaddiet dwar l-inkjesta Egrant, Dr Muscat deher viżibilment emozzjonat huwa u jaqra l-konklużjoniet tal-inkjesta li kollha

Episodju ikrah anki fuq l-pajjiż, minħabba r-riperkussjonijiet li ġabet magħha l-gidba Egrant, li kawża tagħha l-pajjiż kellu jmur għal elezzjoni ġenerali.Aqra aktar

ARA: Adrian Delia ma jridx jitlob apoloġija lill-pajjiż dwar il-gidba Egrant

Tlett kwarti wara li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tilef kaz il-qorti, iddikjara li mhux se jitlob l-ebda apoloġija fil-konfront tal-Prim Ministru u l-poplu malti wara li l-Partit Nazzjonalista għamel kampanja fuq il-gidba Egrant. Meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru u familtu, l-pajjiz għaddha minn riperkuzzjonijiet kbar tant li l-pajjiż mar għal Elezzjoni Ġenerali. Iżda Adrian Delia iddikjara li f’isem il-Partit Nazzjonalista m’għandux għalfejn jagħmel apoloġija.

 

 

Deputati tal-PN ma jridux iwieġbu mistoqsijiet dwar Pierre Portelli

Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-ġurnalisti jistaqsu l-mistoqsijiet li jixtiequ waqt il-konferenzi tal-aħbarijiet.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-sibt filgħodu, staqsejna lid-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo jekk jaqbilx ma Pierre Portelli, l-id illeminija tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u d-direttur tal-midja nazzjonalista, li fil-qorti daħħal dokumenti iffalsifikati u issa qiegħed jgħid li m’għandux minn xiex jistħi.

Portelli  kien wieħed mill-protagonisti, flimkien mad-Daphne Caruana Galizia u l-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, li għamlu gidba iffabrikata fil-konfront tal-Prim Ministru meta qalu li Egrant hija tiegħu u ta’ familtu.Aqra aktar

“L-MEPs tal-PN heddew l-għajxien ta’ eluf ta’ Maltin”

Bil-vot tagħhom fil-Parlament Ewropew il-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista heddew l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Fil-Parlament Ewropew ivvotaw b’mod  li jimmina l-għajxien ta’ eluf kbar ta’ Maltin.

Tkellmu dwar dan is-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri u l-Membru tal-Parlament Ewropew, Miriam Dalli f’konferenza tal-aħbarijiet.

Ftit sigħat wara li kien żvelat f’Xarabank li f’Marzu li għadda l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista vvotaw kontra l-interess ta’ Malta fuq sistemi ta’ tassazzjoni, l-MEP Dalli tat dettalji tal-klawsoli fejn għamlu hekk u preżentat il-ġurnalisti bid-dokumenti relatati.

Dalli fissret kif ittieħdu voti fuq prinċipji li għal pajjiżna huma sagrosanti, partikolarment fuq il-kwistjoni tal-unanimità. Spjegat li jekk titneħħa l-unanimità Malta titlef id-dritt li tiddeċiedi hi fuq kwistjoni ta’ taxxa u kif dan jimmina l-kompettitività ta’ Malta u jhedded l-impjiegi.Aqra aktar

Send this to a friend