Nicole Buttigieg – Page 18 – One News

Nicole Buttigieg

Notifiki

Żewġ votanti tal-fazzjoni ta’ Busuttil jiftħu każ il-Qorti kontra l-PN

Il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil qabdet żewġ votanti Għawdxin sabiex jippreżentaw protest ġudizzjarju fil-konfront tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sabiex iwaqqfu lil Jean Pierre Debono milli jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini li ġie elett minn Għawdex. Fil-protest ġudizzjarju huma rrimarkaw li Jean Pierre Debono seraq dan is-siġġu lil Għawdxin b’qerq.

sostnew li l-ħadd filgħaxija ġie allegat lil Jean Pierre Debono bagħbas il-lista tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u daħħal fiha lil David Stellini u lit-tezorier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri sabiex ikunu jistgħu jivvutawlu biex jieħu siġġu ta’ stellini. Filfatt Jean Pierre Debono ħa s-siġġu bi zbrixx b’zewġ voti. Huwa ġab 42 vot u Kevin Cutajar ġab erbgħin vot.

Deputati qrib Simon Busuttil jiktbu li qed jitilfu l-paċenzja

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qiegħda titlef il-pacenzja. Fuq facebook Comodini Cachia kitbet li Inaċċettabbli li tkissru l-kredenzjali u r-reputazzjoni tal-Partit. “Aħna nqumu għall-onestà, dinjità u ġustizzja mhux dubji” qalet Comodini Cachia. Dan qalitu b’rabta mal-aħħar żviluppi li Jean Pierre Debono allegatament bagħbas il-lista tal-eżekuttiv sabiex bi żbrixx ħa siġġu parlamentari ta’ Stellini.

Din id-dikjarazzjoni pubblika ta’ Comodini Cachia ġiet milqugħa mid-Deputati Karol Aquilina u Jason Azzoppardi li t-tnejn ħallew like fuq il-kitba tad-Deputata Nazzonalista.

Ma’ Therese Comodini Cachia ingħaqdet id-deputat nazzjonalista Claudette Buttigiet li ukoll kitbet li qiegħda titlef il-paċenzja. Iz-zejjed huwa zejjed. M’hemmx iktar gideb u aġir dubjuz. Aħna jistħoqilna aħjar. Il-Partit Nazzjonalista jistħoqlu aħjar.

.

 

Jakkużaw lil Debono li bagħbas il-lista tal-eżekuttiv biex jirbaħ is-siġġu ta’ Stellini

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi akkuża lil Jean Pierre Debono li bagħbas il-lista tal-membri tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini.

Sorsi qrib il-Partit Nazzjonalista qalu ma’ ONE NEWS li l-lista ġiet imbagħbsa ftit tal-ħin qabel ma’ l-Partit Nazzjonalista sejjaħ laqgħa tal-Eżekuttiv għas-Sibt sabiex jiddeċiedu dwar is-siġġu ta’ Stellini.

One News għandu f’idejh ritratt tas-sistema tal-Partit Nazzjonalista li turi li Jean Pierre Debono daħħal lil David Stellini u lit-teżorier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri f’din il-lista l-Ħamis fl-10:22 ta’ filgħodu.

Malli għamel din il-manuvra l-Partit Nazzjonalista sejjaħ laqgħa tal-eżekuttiv sabiex il-membri jivvutaw għal Debono jew għall-kandidat Nazzjonalista Kevin Cutajar.

Jean Pierre Debono kiseb 42 vot, żewġ voti aktar minn Kevin Cutajr li kiseb 40 vot.

B’reazzjoni għal din il-lista, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kiteb fuq Facebook li din hija l-prova li l-lista ta’ dawk biex jivvutaw ilbieraħ fl-Ezekuttiv għamilha Jean Pierre Debono.

“Daħqu b’Eżekuttiv. Taw vot lil min ma kellux jedd. Riedu jisirqu siġġu ta’ Kevin Cutajar bi FRODI. Dawn mhux Nazzjonalisti. Għajb. Għandkom il-wiċċ tgħidu li ħadd mhu ikbar mill-Partit? Għandkom il-wicc titkellmu fuq l-establishment? BARRA #dawnmhuxnazzjonalisti “, temm jikeb Azzopardi li lbieraħ Delia stqarr li se jibda jinjorah. 

Disfatta oħra għal Adrian Delia

L-Erbgħa filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu disfatta oħra meta bdew jingħaddu l-voti tal-kunsilli lokali, fl-ewwel 23 lokalità. Il-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza biss f’sebgħa lokalitajiet minn 23, bil-Partit Laburista jirbaħ il-maġġoranza f’sittax-il lokalità, fosthom il-Belt u San Pawl il-Baħar.

Minkejja r-riżultat diżappuntanti, Adrian Delia kellu diżappunt doppju għaliex kandidati favorit tiegħu ma rnexxilhomx jiġu eletti fil-Kunsilli Lokali. F’Ħal Balzan, Adrian Delia kien qiegħed jimbotta lil Andrè Grech, persuna qrib ħafna tiegħu u leali lejh sa minn meta beda t-tellieqa għall-Kap. Malli ġie elett Kap, Delia kien qiegħed jimbotta lil Andre Grech. Saħansittra, Grech imexxi waħda mill-fergħat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Delia: “It-telfa mhix riżultat diżappuntanti”

Għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia it-telfa elettorali kbira li ġarrab il-Partit Nazzjonalista mhux riżultat daqstant diżappuntanti. Delia għamel din id-dikjarazzjoni waqt il-programm Dissett tlett ijiem wara li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu ġarrab l-iktar telfa elettorali tant li tilef it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Għal Adrian Delia mhuwiex riżultat dizappuntanti li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu ġarrab l-ikbar telfa elettorali ta’ 42,600 vot

Iżda l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier jaħsibha mod ieħor u malajr fakkru li l-Partit Nazzjonalista mmexxi minnu tilef bil-kbir l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Pawlu Borg Olivier huwa esponent Nazzjonalista qrib il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, bl-esponenti mill-fazzjoni qegħdin jaħtfu kull opportunità li tiġihom għal taħt idejhom sabiex imorru fuq il-midja u jikkritikaw lil Adrian Delia.Aqra aktar

Send this to a friend