Nicole Buttigieg – One News

Nicole Buttigieg

Borg Cardona jgħid li kien ġust li Rosianne Cutajar ġiet mgħajra “qaħba”

L-avukat mill-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista, Andrew Borg Cardona sejjaħ bħala ġust l-offiża ta’ Godrey Leone Ganado meta għajjar lis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar bħala qaħba.

Borg Cardona qal dan il-Ħamis filgħodu meta kompla jinstema’ l-każ ta’ libell li fetħet Cutajar lill-artikolist tal-Partit Nazzjonalista Godfrey Leone Ganado.

Aqra aktar

Manuel Delia jgħid lil Edwin Vassallo jżarma mill-politika

Manuel Delia, il-blogger tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, qal li d-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo u numru ta’ deputati oħra qrib il-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li għandhom iżarmaw mill-politika.

F’wieħed mill-blogs tiegħu, Manwel Delia kiteb li d-deputati qrib ta’ Adrian Delia fosthom Kristy Debono, Herman Schiavone, Stephen Spiteri, Edwin Vassallo, Mario Galea, Toni Bezzina, Robert Cutajar u Maria Deguara għandhom iżarmaw mill-politika.

Dan wassal għar-reazzjoni qawwija ta’ Edwin Vassallo li fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ikkwotat dak li kiteb dwaru Manwel Delia jiġifieri li hu ma’ numru ieħor żgħir ta’ deputati fil-Partit Nazzjonalista għandu jżarma mill-politika.

Vassallo kiteb li huwa jemmen li mis-sema ‘l isfel kollha magħmula ugwali u m’hemmx deputati tal-ewwel u t-tieni klassi. Sostna li hu għandu fiduċja fi sħabu d-deputati kollha għax qal li kollha huma deputati bil-fiduċja li wrew fihom in-nies.

F’botti lejn Manuel Delia, id-deputat Nazzjonalista li mhux l-ewwel darba kien fil-mira tal-fazzjoni tal-ex Kap Nazzjonalista qal li għandu fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia bħalma kellu f’kull kap ieħor. Qal li huwa leali lejn il-valuri morali li jħaddan il-partit u leali lejn il-partit.

F’episodju ieħor ta’ ġlied intern fil-Partit Nazzjonalista, Vassallo qal li huwa ma jemminx fis-snobiżmu u f’botta oħra lejn Manuel Delia, Edwin Vassallo qal li din hija l-attitudni ta’ dawk li jaħsbu li huma aħjar minn ħaddieħor u li għandhom dritt jemmnu li huma superjuri għal oħrajn.

“Jien nemmen fl-umiltà u nibqa’ nservi sakemm Alla jagħtini s-saħħa nservi. Jien nibqa’ naħdem ħa nara lill-Partit Nazzjonalista fil-gvern biex iservi”, temm jgħid Vassallo urtat għall-aħħar bl-attakk li fetaħ fuqu l-ex Chief of Staff tal-ex Ministru Austin Gatt.