Neil Azzopardi Ferriggi | One News - Part 7

Neil Azzopardi Ferriggi

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Pulizija b’kunċert għall-Ġimgħa Mqaddsa

Is-Sibt li ġej il-Banda tal-Korp tal-Pulizija ser ttella’ kunċert vokali u strumentali ta’ mużika sagra u funebri fil-Katidral tal-Imdina. Il-kunċert se jġib l-isem ta’ ‘La Via Del Calvario’.

F’konferenza tal-aħbarijiet, l-Assistent Kummissarju Anthony Cassar li hu wkoll is-Surmast Direttur tal-banda, qal l-kunċert hu wieħed minn triloġija ta’ kunċerti mifruxa matul din is-sena u li fiha qed jiġi ċċelebrat il-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda. Din is-sena wkoll qed jiġi ċċelebrat il-205 anniversarju mit-tqawwif tal-Korp.

Aqra aktar

Investiment ta’ €8 miljun fil-Malta Air Traffic Services

B’investiment ta’ €8 miljun ġiet inawgurata sistema ġdida tal-Informatika fit-torri tal-kontroll tal-ajru fl-arjuport.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Minsitru għat-Turiżmu Konrad Mizzi flimkien mac-Chairman tal-Malta Air Traffic Services il-Maġġur Tony Abela ntqal kif din is-sistema ‘state of the art’ se żżid l-effiċenzja għax tinkludi fost oħrajn teknoloġija moderna li se jkollha aktar kontroll fuq l-ajruplani u t-traffiku tal-avjazzjoni.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-immigranti kienu se joqtlu lilhom nfushom

Dalgħodu bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tlett akkużati bil-ħtief tal-vapur El Hiblu 1 ix-xahar li għadda. Iżda fil-bidu tas-seduta l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit u l-Ispettur Christa Armeni mill-Iskwadra tat-Terroriżmu preżentaw għadd ta’ akkużi ġodda fil-konfront tat-tlett immigranti akkużati bil-ħtif tal-bastiment El Hiblu 1.

Aqra aktar

Illum tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-allegat ħtif tal-vapur Elhiblu 1

Dalgħodu mistennija tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-allegat ħtif tal-vapur Elhiblu 1 ftit tal-ġimgħat ilu. B’dan il-ħtif qed jiġu akkużati tliet immigranti zgħazagħ li qed jinżammu arrestati fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin. Tnejn minn dawn iz-zgħazagħ huma minoreni. Huma tressqu l-Qorti nhar it-30 ta’ Marzu, fejn inżammu arrestati mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-eks tfajla ta’ Bonnici kienet qalet li għamlet suwiċidju minħabba l-vittma

Fil-Qorti bidet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ Joseph Bonnici li jinsab mixli bil-qtil ta’ ommu Maria Lourdes u oħtu Angela fis-26 ta’ Marzu li għadda.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-Ispettur Arnaud qal li mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-imputat kienu ilu jippjana l-omiċidju għal ġimgħat sħaħ. Fost oħrajn huwa kien diġà ħaffer il-ħofra fiha difen lil ommu u lil oħtu fiha qabel qatilhom. Qal ukoll li Bonnici bena l-arma huwa stess b’tali mod li ma tagħmilx ħoss. Arnaud ikkonferma kif kien l-imputat li rrapportahom nieqsa ftit jiem qabel instabu mejta f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq.

Aqra aktar

Illum tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-qtil doppju f’Ħal Għaxaq

Dalgħodu mistennija tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-qtil ta’ omm u bint f’Ħal Għaxaq ftit tal jiem ilu. Maria Lourdes ta’ 70 sena u binta Angele ta’ 29 sena nqatlu ġewwa darhom f’Hal Ghaxaq permezz ta’ tiri ta’ arma tan-nar u daqqiet ta’ mazza f’rashom. Sussegwentament huma nġarru f’għalqa fil-limiti ta’ Ħal Għaxaq.

Aqra aktar

Għadha tistaqsi għaliex kellha tiżżewweġ ġos-sagristija


Kien it-8 ta’ April tal-1961 li l-Knisja ħarġet l-interdett fuq il-membri tal-eżekuttiv tal-Partit Laburista wara li l-eks Ministru Lorry Sant kien ilu bil-kundanna sa mid-9 ta’ April tal-1960.

Dan meta fil-gazzetta The Struggle, li tagħha kien editur, qalet li f’pastorali minnhom kien hemm biss paragrafi politiċi.

Dawk interdettjati ma setgħux jingħaw is-sagramenti. L-ikkundannat ma setax iqerr, jitqarben u lanqas jiżżewweġ fil-Knisja imma ġos-sagristija. La seta’ jirċievi t-tberik fid-dar u kellu jiċċaħħad minn difna ekkleżjastika.

Kien fis-26 ta’ Mejju tal-istess sena, li  l-Knisja firxet l-interdett fuq min kien jaqra l-gazzetti Soċjalisti u min jattendi l-attivitajiet tal-Partit Laburista.Aqra aktar

Send this to a friend