Neil Azzopardi Ferriggi | One News - Part 28

Neil Azzopardi Ferriggi

Notifiki

Mis-sena d-dieħla jibda l-proġett ta’ Safe City

Beda jitħaddem il-Joint Innovation Centre li jmexxi l-kunċett ta’ Safe City li se jara l-installazzjoni ta’ għadd ta’ kameras tas-sigurtà madwar Malta, b’mod partikolari f’San Ġiljan u l-Marsa. Dan bil-għan li tiżdied is-sigurtà għar-residenti.

Dan il-proġett imħabbar fil-Baġit għas-sena d-dieħla se jara l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u  sorveljanza viżiva. S’issa dan il-proġett diġà qed jitħaddem f’post mhux pubbliku hekk kif it-teknoloġija diġà tinsab f’pajjizna biex tiġi ppruvata.Aqra aktar

Il-kumpens tal-għoli tal-ħajja mistenni jkun ta’ €2.33

Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja li se jitħabbar it-Tnejn mistenni jkun ta’ zewġ ewro u tlieta u tletin ċenteżmu fil-ġimgħa.

Il-kumpens magħruf bħala l-COLA jinħadem skont kemm jogħlew l-affarijiet miġbura f’basket ta’ prodotti fis-suq.

L-akbar żieda din is-sena kienet fil-kategorija tal-ikel, b’dak servut fir-restoranti jkun l-aktar li għola matul is-sena. Dan se jiġi rifless fil-kumpens għall-għoli tal-ħajja li l-Ministru għal Finanzi se jħabbar it-Tnejn. Min-naħa l-oħra matul is-sena kien hemm tnaqqis fil-prezzijiet tal-ħwejjeġ u ż-żraben.

ONE NEWS tkellem mad-Direttur tad-Dipartiment tal-Ekonomija fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi Keith Borg dwar il-mekkaniżmu li bih jiġi kkalkulat il-kumpens.

Qal li kull xahar l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jagħrbel il-prezzijiet biex iż-żieda tinħadem fuq il-prezzijiet ta’ Settembru li din is-sena kellhom żieda ta’ wieħed punt erba u sittin fil-mija.Aqra aktar

Filmati jikkonfermaw li Cardona ma resaqx lejn il-‘Ferdinand’s Bar’ lejlet l-arrest tal-‘Fulu’

Filmati miġbura mill-esperti tal-qorti minn residenza biswit il-Ferdinand’s Bar fis-Siġġiewi, ftit jiem wara li saru l-arresti tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Marsa, jikkonferma li għall-kuntrarju ta’ dak li ġie allegat minn media barranija – il-Ministru Chris Cardona ma resaqx lejn dan il-ħanut, nhar it-3 ta’ Diċembru jiġifieri lejlet l-arresti tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ikkonfermaw dan sorsi qrib l-inkjesta maġisterjali b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huma qalu li f’Diċembru li għadda terza persuna kienet avviċinat lill-Magistrat Inkwirenti Anthony Vella u infurmatu bl-allegat laqgħa bejn il-Ministru Cardona u wieħed mill-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – Alfred Degorgio l-‘Fulu’ fl-istess ħanut.

B’din l-allegazzjoni l-Maġistrat Vella dak iż-żmien qabbad lill-esperti tiegħu sabiex immorru fuq il-post u jiġbru filmati minn kameras tas-sigurtà li juru ż-żona. Hemmhekk l-esperti sabu li kien hemm residenza biswit il-ħanut li taqbad sew l-entratura tal-ħanut b’mod ċar.

Is-sorsi komplew jgħidu li fl-istess xahar il-Maġistrat flimkien mal-esperti eżaminaw dawn il-filmati ta’ nhar it-3 ta’ Diċembru, iżda sabu li l-Ministru Cardona ma resaqx lejn dan il-ħanut f’dak il-jum.Aqra aktar

Se jibdew jiġu analizzati l-persuni kollha li jivvjaġġaw fiż-żona Schengen

Il-passiġieri li jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi fiż-żona Schengen, fostom Malta, se jibdew jiġu analizzati minn sezzjoni ġdida fi ħdan il-korp tal-Pulizija msejħa Passenger Name Record System.  

Din se tirċievi l-informazzjoni tal-passiġġieri mill-ewwel, u saħansitra tibqa’ tirċieviha sa qabel tingħalaq il-bieba tal-ajruplan. Aqra aktar

Missier iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li pprova jtajjar Pulizija jitlob li ibnu jinżamm arrestat

Student ta’ 17-il sena minn Birkirkara se jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati ta’ attentat ta’ ferita gravi fuq Pulizija. Huwa ġie mixli li attakka jew irreżista Pulizija, li seraq serq vettura u li saq bla liċenzja.

Huwa tressaq il-qorti wara li l-Erbgħa filgħaxija pprova jtajjar Pulizija b’karozza allegatament misruqa u bla liċenzja f’Ħal Kirkop. Fil-Qorti, l-akkużat deher pjuttost kalm u kwiet minkejja l-akkużi serji miġjuba kontrih.
Aqra aktar

Ara: Meta żewġ stejjer ta’ imħabba jsiru ħaġa waħda

‘Orfeo and Majnun’ hija opra b’differenza li ser tittella’ fi tmiem din il-ġimgħa f’Dar il-Meditteran għall-konferenzi fil-Belt. B’taħlita ta’ mużika u teatru li se ġġib flimkien żewġ leġendi, dik Griega ta’ Orfeo u Euyrdice flimkien ma’ dik tal-Lvant Nofsani ‘Leyla u Majnun’.

Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018  li se tittella’ fi tliet lingwi differenti f’daqqa l-Ingliż, l-Għarbi u l-Malti, bis-sehem ta’ bosta artisti internazzjonali u bl-interpretazzjoni ewlenija ta’ Clare Agius. Aqra aktar

Ikkonfermata marka ta’ subgħajn il-Ħeswes fuq ġewwa tal-bomba

Waqt li dalgħodu kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ Mario Scicluna permezz ta’ karozza bomba fil-Fgura li ma ħaditx kompletament nhar l-4 ta’ Jannar, xehed l-espert forensiku John Mallia. Huwa kkonferma marka ta’ subgħajn wieħed mill-akkużati Lorenzo Callus, magħruf bħala l-Ħeswes, fuq ġewwa tal-bomba b’mod partikolari mas-silicone li ntuża.  Aqra aktar

€2 miljun biex min għandu dar il-Belt jirranġa l-gallarija

Persuni li għandhom propjeta fin-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta, jistgħu jibbenefikaw minn għotja sa massimu ta’ tmint elef ewro biex jirranġaw jew jibdlu l-gallerija tradizzjonali tagħhom.

Dan hekk kif il-Gvern alloka żewġ miljun ewro li parti minnhom huma minn fondi ewropej għar-restawr ta’ twiequ u gallarijiiet Maltin.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matul tħabbru d-dettalji tal-iskema,  is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius qal li ntgħażlet din il-parti tal-Belt minħabba l-fatt li din iż-żona sfat abbandunata għal bosta snin.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li din l-iskema tagħmel parti minn proġett ta’ erba u għoxrin miljun ewro sabiex tiġi rriġenerata din iż-żona tal-Belt Valletta.Aqra aktar

Send this to a friend