Neil Azzopardi Ferriggi | One News - Part 2

Neil Azzopardi Ferriggi

Notifiki

Titlesta l-ewwel fażi tar-restawr tal-Arkivji Notarili

Tlestiet l-ewwel fażi tar-restawr taż-żewġ palazzi li ser jospitaw l-arkivji notarili.

Dawn jinsabu fi Triq San Pawl kantuniera ma’ Triq San Kristofru u bħalissa qed issir restawr estensiv fuqhom li ser jiswa €5 miljuni. FIlfatt sa’ issa diġa tlesta’ r-restawr fuq il-faċċati taż-żewġ binjiet, biex fil-jiem li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet fuq ġewwa.

F’konferenza tal-aħbarijiet intqal kif dan il-proġett qed issir minn Fondi Ewropej u li mistenni jkun lest sas-sena d-dieħla.
Aqra aktar

Ara kif għandek tagħmel sabiex din il-karozza rari ssir tiegħek

Id-Dipartiment tad-Dwana qed jilqa’ offerti għall-bejgħ ta’ vettura tal-għamla BMW, li hi fost l-aktar mudelli BMW rari. Il-karozza li hi BMW Alpina C1, right hand-drive, inbniet fil-bidu tas-snin tmenin. Hija ġġib in-numru 1781 minn edizzjoni limitata ta’ produzzjoni, li fil-maġġoranza tagħhom ħarġu left-hand-drive, u b’hekk hija iżjed rari.

Il-karozza għadha tipposjedi wkoll l-aċċessorji oriġinali kollha tagħha.

Aqra aktar

Is-servizz tat-Tuk Tuk għall-anzjani estiż f’seba’ lokalitajiet oħra

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis waranofsinhar is-servizz tat-Tuktuk, trasport b’xejn għall-anzjani fil-lokalità fejn joqgħodu ġie estiż f’seba’ lokalitajiet oħra madwar Malta.

Il-Baħrija, Burmarrad, Ħal Safi, l-Imsida, l-Imtarfa, ir-Rabat u Ta’ Xbiex se jingħaqdu mat-tliet lokalitajiet eżistenti li huma l-Gzira, il-Mosta u ż-Żurrieq.Aqra aktar

FILMAT: Il-Ġimgħa jibda l-ġbir tal-voti mill-għases

Madwar tmienja u sebgħin elf dokument tal-vot għadhom ma nġabrux mill-persuni eleġibbli li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Dan jammonta għal ftit aktar minn għoxrin fil-mija tad-dokumenti tal-vot. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali Louis Gatt spjega li dawn id-dokumenti flimkien ma’ dawk tal-kunsilli lokali, jistgħu jinġabru personalment mill-votant mill-għases tal-Pulizija mill-Ġimgħa li ġej mit-3pm ‘l quddiem.

Gatt qal li “Il-ħinijiet se jibdew minn għada l-Ġimgħa mit-3:00pm sad-9:00pm imbagħad ikomplu s-Sibt mit-8:00am sas-1:00pm u mit-3:00pm sad-9:00pm”Aqra aktar

Send this to a friend