Neil Azzopardi Ferriggi | One News

Neil Azzopardi Ferriggi

Notifiki

L-ex leġġenda ta’ Liverpool Jan Molby f’Malta

F’atmosfera ta’ logħba tal-futbol, l-ex Leġenda tat-tim ta’ Liverpoool Jan Molby se jieħu sehem f’attività soċjali għall-partitarji ta’ Liverpool fic-City Theatre fil-Belt. Ma’ ONE NEWS Allan Aasterud, ħabib personali ta’ Molby, jgħid li fid-disgħinijiet kien pedina importanti fit-team ta’ Liverpool li rebaħ il-kampjonat Ingliż.

Aqra aktar

Erin Tanti kkundannat aktar minn 20 sena ħabs għall-qtil ta’ Lisa Maria Zahra

Erin Tanti ta’ 28 sena, ġie kkundannat għoxrin sena u sitt xhur ħabs u mmultat aktar minn tnejn u għoxrin elf ewro, wara li l-Ġimgħa filgħodu ammetta flok għadda ġuri li qatel lill-istudenta tiegħu Lisa Marie Zahra ta’ ħmistax-il sena.

Il-ġuri ta’ Tanti kien mistenni li jibda l-Ġimgħa filgħodu quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Iżda fl-aħħar minuta, Tanti li kien mixli b’sitt kapi ta’ akkuża fosthom dik ta’ qtil volontarju wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.Aqra aktar

Is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti fl-aħħar elezzjonijiet għinet lill-Pulizija

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali reġaw ġabu fuq il-Korp tal-Pulizija ħidma ma taqta’ xejn. Ħidma li involviet aktar minn minn elfejn uffiċjal fil-korp. Dan kien jinvolvi t-tqassim tad-dokumenti tal-vot, l-ippjannar tal-attivitajiet tal-partiti u s-sorveljanza tal-proċess elettorali fosthom fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.

Aqra aktar

Send this to a friend