Marita Pace Dimech | One News - Part 9

Marita Pace Dimech

Notifiki

Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar Sqalli li allegatament iffroda eluf ta’ ewro

Il-Pulizija qed tinvestiga rapporti ta’ frodi fil-konfront ta’ Fabrizio Scire’, n-negozjant Sqalli li qed jallega li s-Sibt li għadda ġie aggredit flimkien ma’ ibnu minn sitt pulizija f’Ħaż-Żebbuġ.

Sorsi qrib ONE News qalu li l-Isqalli allegatament iffroda eluf ta’ ewro wara li pprova jħallas b’ċekkijiet li ma jissarrfux. Aqra aktar

Ġiet Malta biex issib raġel u tazzetta- mentri allegat li daħlet f’ċirku ta’ prostituzzjoni

Simona Ortansa Bostan, Rumena ta’ 34 sena, ġiet illiberata mill-akkużi kollha miġjuba kontriha wara li l-Qorti ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed provi fil-konfront tagħha. Il-każ imur lura għal 20 ta’ Novembru tal-2006 f’Għawdex.

Bostan kienet akkużata li ħajret lill- Leila Cadir magħrufa bħala Giorgina ta’ 19-il sena għall-prostituzzjoni u li ttraffikatha għall-istess skopijiet.

Fix-xhieda tal-Prosekuzzjoni, intqal li r-Rumena ta’ 19-il sena ġiet Malta bil-ħsieb li ssib raġel u tazzetta miegħu mentri fil-verità daħlet f’ċirku ta’ prostituzzjoni.

Attivisti tas-SeaWatch ħatja li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara

Żewġ Ġermaniżi u Żvizzeru ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li fil-Qorti ammettew li vvandalizzaw il-pont tal-Kappara.

Kien intervent f’waqtu tal-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema, li qabad fil-fatt lit-tliet żgħażagħ, li huma attivisti tas-SeaWatch, u li għandhom bejn is-27 u 35 sena, bil-bottijiet tal-inka ħamra f’idejhom iħażżu fuq ħajt taħt l-imsemmi pont. Dan il-vandaliżmu tella’ spiża ta’ sitt elef u ħames mitt ewro, liema spejjeż il-Qorti ordnat li jiġu mħallsa mill-imputati fi żmien tliet ijiem lill-Transport Malta.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon.

Aktar minn 100 kumpanija tibda l-operat f’Malta

F’dawn l-aħħar sitt snin, iċ-Ċentru Innovattiv tal-Microsoft kien ta’ għajnuna biex biex aktar minn mitt kumpanija teknika bdew l-attività ekonomika tagħha f’Malta.

Dan ġie żvelat minn Mary Downing li hija l-Manager taċ-Ċentru bbażat Malta li għandu l-għan li jgħin lil dawk li jiżviluppaw is-software, lill-professjonisti fl-informatika, studenti universitarji u anke imprendituri.Aqra aktar

Send this to a friend