Marita Pace Dimech | One News - Part 5

Marita Pace Dimech

Notifiki

Nifs ġdid għall-pensjonanti tas-servizz b’żieda ta’ €10 fil-ġimgħa

Erbat elef u erba mitt pensjonanti li għandhom pensjoni tas-servizz ibbenefikaw minn żieda fil-pensjoni tas-siġurta’ soċjali tagħhom.  Dan it-twettieq ta’ miżura fil-baġit ser issarraf f’żieda medja ta’ għaxar ewro fil-ġimgħa.  B’nofs il-benefiċċjarji ser igawdu minn żieda li tlaħħaq il-ftit aktar minn sitt mija u ħamsin ewro fis-sena.

F’kummenti ma’ ONE NEWS, il-Ministru għas-Solidarjeta’ Soċjali Michael Falzon spjega kif sas-sena l-oħra, meta pensjonant tas-servizz kien jilħaq l-eta’ ta’ tnejn u sebgħin sena, għal fini tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali kien jiġi njorat nofs l-ammont tal-pensjoni tas-servizz li kienet allokata lilhom.Aqra aktar

300 tifel u tifla taħt ordni ta’ ħarsien

Aktar minn tlett mitt-tifel u tifla f’Malta qed jiġu protetti permezz ta’ Ordni ta’ Ħarsien – magħrufa aħjar bħala Care Order. Minn dan in-numru hemm ftit iktar minn mitejn u disgħin li huma taħt ordni ta’ ħarsien mill-aġenzija appoġġ fejn dawn qegħdin jgħixu fi djar residenzjali kew ma’ foster carers jew inkella qed jirresjedu mal-qraba tagħhom.
Aqra aktar

Delia jkompli jaħrab milli jwieġeb

Id-dokumenti li suppost fihom il-firma ffalsifikata tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia huma marbuta ma’ kumpanija li ma kellha ebda attività u li hija waħda minn bosta li rċeviet pagamenti suspettużi minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Soho f’Londra.

Dan joħroġ minn artiklu ppubblikat f’The Times fejn jingħad li Adrian Delia talab li ssir investigazzjoni biex isir jaf minn fejn ħarġet l-informazzjoni dwaru.

Dan wara li s-sena li għaddiet l-Aġenzija Kontra l-ĦASIL tal-FLUS l-FIAU ikkonkludiet li hemm suspett raġjonevoli li l-Kap Nazzjonalista fil-bidu tas-snin elfejn kien involut f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus. Dawn il-pagamenti li jammontaw għal nofs miljun ewro ġew iddepożitati fil-kont bankarju li kellu Delia f’Jersey. Aqra aktar

Sena rekord għal adozzjonijiet ta’ tfal minn barra l-pajjiż

Ħidma intensiva li saret biex jinfetħu twieqi ġodda għall-adozzjonijiet minn ġenituri Maltin wasslet biex is-sena li għaddiet saru għadd rekord ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn barra l-pajjiż.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnediet konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrategġija Nazzjonali dwar l-Addozzjoni għat-Tfal u l-Familji tagħhom, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li matul is-sena li għaddiet erbgħa u ħamsin koppja saru ġenituri permezz ta’ adozzjonijiet ta’ tfal minn barra l-pajjiż.

Dan huwa l-ogħla numru ta’ adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor fl-aħħar għaxar snin.

Aqra aktar

Send this to a friend