Marita Pace Dimech | One News - Part 3

Marita Pace Dimech

Notifiki

Id-Dwana ppreparata għal kull eventwalità ta’ Brexit

Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit Michel Barnier għamel żjara fil-Port Ħieles fejn hemmhekk kellu laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.  Hawnhekk ġie indikat li kemm id-Dipartiment tad-Dwana kif ukoll il-Port Ħieles huma mħejjija għal kwalunkwe eventwalita’ ta’ Brexit.

Dan fid-dawl tal-fatt li ta’ kull ġimgħa, jgħaddu mill-port ħieles mat-30 kontejner u 25 trailer mir-Renju Unit.

B’rabta ma’ dan, il-Ministru Scicluna semma kif l-investiment li għamel il-Gvern fil-Port Ħieles qiegħed iwassal għal aktar tisħiħ fil-prinċipju ta’ suq waħdieni mifrux madwar l-Istati Membri Ewropej.

Dan hekk kif id-Dwana mhux biss żiedet il-qabdiet tad-droga b’sitt darbiet aktar mindu bdew joperaw scanners speċjalizzati, imma wkoll qed jgħinu sabiex jitneħħew mis-suq eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu.

Il-Kunċert Beland bl-aqwa talent lokali fi tmiem din il-ġimgħa

Matul tmiem din il-ġimgħa ser jittella’ t-tmien edizzjoni tal-Beland Music Festival li ser jittella’ f’Misraħ is-Suq iż-Żejtun. Dan l-avveniment li sar parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna ser jospita l-aqwa talent lokali b’artisti bħal Ira Losco, Owen Luellen, Klinsmann, Tenishia u DJ Ruby ser ikunu qegħdin jagħtu spettaklu sħiħ ta’ divertiment li ser jolqot il-gosti ta’ kulħadd.Aqra aktar

Inizjattiva għal Wi-Fi b’xejn fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex

B’investiment ta’ kważi €500,000, 27 lokalità f’Malta u Għawdex ser igawdu minn servizzi ta’ Wi-fi b’xejn sabiex jintuża mir-residenti u l-pubbliku in ġenerali.

Dan ser ikun possibbli grazzi għall-proġett Ewropej Wifi4u bil-fondi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fejn kull lokalità ser tkun qed tibbenefika minn €15,000 kull wieħed bil-għan li jiġi offrut dan is-servizz.

Aqra aktar

ONE Tribute jonora t-talent lokali f’pajjiżna

13-il personalita’ distinta li taw kontribut lis-soċjeta’ Maltija ġew onorati waqt is-serata ONE Tribute.  Edizzjoni speċjali ta’ rikonoxximent li saret fit-Teatru Manuel fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin sena mit-twelid tal-istazzjon ONE.

Il-ħames edizzjoni ta’ ONE Tribute irrikonoxxiet it-talenti, l-ħiliet kif ukoll il-kisbiet ta’ dawn il-personalitajiet. Dawn jinkludu televiżjoni, arti, kultura, sport, filantropija kif ukoll professjoni. Fost dawk onorati kien hemm l-eks Prim Ministru u eks mexxej tal-Partit Laburista Alfred Sant, l-ewwel speaker mara in-nutar Miriam Spiteri Debono kif ukoll Emanuel Cuschieri.

Aqra aktar

Sfidi kbar fil-bini mill-ġdid ta’ Triq l-Imġarr fin-Nadur

Wara snin ta’ telqa kbira u naqqas ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu fil-passat, il-Ministeru għal Għawdex beda proġett ambizzjuż biex jibni mill-ġdid Triq l-Imġarr fin-Nadur.

F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li t-triq hija mibnija fuq żurżieqa tat-tafal li tul is-snin ġarrbet bosta ħsarat b’mod partikolari fejn hemm in-nixxiegħat tal-ilma.

Aqra aktar

Send this to a friend