Marita Pace Dimech | One News - Part 22

Marita Pace Dimech

Notifiki

886 każ ta’ vjolenza domestika irrappurtati tul din is-sena

Ta’ kuljum qed jiġu rrappurtati erba’ każijiet ta’ vjolenza domestika. Sal-aħħar ta’ Awwissu jidher li b’kollox tul din is-sena, in-numru jlaħħaq 886 każ. Dan ġie żvelat mill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia f’mistoqsija parlamentari fejn jidher li ta’ kull ġimgħa qed jiġu rrapportati total ta’ 27 każ ta’ vjolenza domestika.Aqra aktar

Raġel jinstab ħati li ħebb għal ġurnalist

Sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs għal raġel li nstab ħati li ta daqqa ta’ ponn f’għajnejn ġurnalist sportiv fil-Luxol grounds f’Pembroke.  Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet meta Francis Muscat ta daqqa ta’ ponn lill-ġurnalist Antvin Monseigneur minħabba artiklu li kien kiteb.  Konsegwentament dan ikkawżalu ġrieħi ta’ natura gravi.  Il-Qorti ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Il-Maltin jippreferu l-ħin tas-sajf

Il-maġġoranza tal-Maltin jippreferu l-ħin tas-sajf. Dan ħareġ waqt il-konsultazzjoni pubblika li saret dalgħodu mal-partijiet interessati. Il-ħin tas-sajf bħalissa qiegħed jiġi diskuss fuq livell ewropew li kienet il-Kummissjoni Ewropea li nediet din id-diskussjoni. Aqra aktar

Send this to a friend