Marita Pace Dimech | One News - Part 2

Marita Pace Dimech

Notifiki

Imħabbra xogħlijiet fil-promenade tal-Kalkara u fiż-żona magħrufa bħala x-Xewkija – il-PM f’laqgħa mal-Kalkariżi

22 ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mar-residenti Kalkariżi.  Il-lokalita’ tal-Kalkara kienet waħda minn fost il-lokalitajiet fejn il-Partit Nazzjonalista ma riedx li ssir elezzjoni tal-Kunsill.

Il-Prim Ministru ħabbar li ser ikunu qed isiru xogħolijiet fil-Promenade tal-Kalkara kif ukoll fiż-żona magħrufa aħjar bħala x-Xewkija.  Huwa appella lill-kostitwenti sabiex jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista li ppreżentalhom tim b’saħħtu li huwa lest li jkun ta’ impenn kemm għar-residenti kif ukoll għal-lokalita’.

Huwa tenna li din mhux elezzjoni faċli u għalhekk kull wieħed u waħda minna huwa fid-dmir li joħroġ jivvota ħalli b’hekk jintbgħat messaġġ b’saħtu li Malta hija f’Qalbna.

Id-Dwana ppreparata għal kull eventwalità ta’ Brexit

Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit Michel Barnier għamel żjara fil-Port Ħieles fejn hemmhekk kellu laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.  Hawnhekk ġie indikat li kemm id-Dipartiment tad-Dwana kif ukoll il-Port Ħieles huma mħejjija għal kwalunkwe eventwalita’ ta’ Brexit.

Dan fid-dawl tal-fatt li ta’ kull ġimgħa, jgħaddu mill-port ħieles mat-30 kontejner u 25 trailer mir-Renju Unit.

B’rabta ma’ dan, il-Ministru Scicluna semma kif l-investiment li għamel il-Gvern fil-Port Ħieles qiegħed iwassal għal aktar tisħiħ fil-prinċipju ta’ suq waħdieni mifrux madwar l-Istati Membri Ewropej.

Dan hekk kif id-Dwana mhux biss żiedet il-qabdiet tad-droga b’sitt darbiet aktar mindu bdew joperaw scanners speċjalizzati, imma wkoll qed jgħinu sabiex jitneħħew mis-suq eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu.

Il-Kunċert Beland bl-aqwa talent lokali fi tmiem din il-ġimgħa

Matul tmiem din il-ġimgħa ser jittella’ t-tmien edizzjoni tal-Beland Music Festival li ser jittella’ f’Misraħ is-Suq iż-Żejtun. Dan l-avveniment li sar parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna ser jospita l-aqwa talent lokali b’artisti bħal Ira Losco, Owen Luellen, Klinsmann, Tenishia u DJ Ruby ser ikunu qegħdin jagħtu spettaklu sħiħ ta’ divertiment li ser jolqot il-gosti ta’ kulħadd.Aqra aktar

Send this to a friend