Marita Pace Dimech | One News - Part 19

Marita Pace Dimech

Notifiki

Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot b’mod pożittiv lil kull familja b’mod partikolari lill-ħaddiema bil-paga minimia.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru Dalli qalet kif permezz tal-mekkaniżmu li ddaħħal is-sena li għaddiet inħolqot kummissjoni li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ għajxien tal-familji li jgħaddu b’paga minima. Aqra aktar

“Għafasli idi waqt li pprovajt insalvah”

“Tħoss idejh tagħfsek imbagħad jgħidulek li l-persuna fi ftit minuti miet- ikun qed imut f’idejk”

Kliem Emanuel Psaila d-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’intervista ma’ ONE NEWS waqt li qed jirrakkonta episodju minn dawk li jiltaqa’ magħhom ta’ kuljum waqt ħidmietu.  Il-każ seħħ madwar tmien snin ilu meta qabdet residenza fi Triq il-Kampanella l-Fgura.Aqra aktar

Kważi 9,000 telefonata lil 179

Matul is-sena li għaddiet, is-Supportline 179 irċieva total ta’ tmient elef u disa’ mitt telefonata għall-għajnuna.  Minn dan in-numru kien hemm aktar minn elfejn u ħames mija li kienu mingħand nies li sempliċiment kellhom bżonn jitkelmu ma’ xi ħadd.

Dan ġie żvelat mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fil-Parlament. Aqra aktar

Bjorn Formosa jingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

Bjorn Formosa, il-Fondatur tal-Fondazzjoni ALS ingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018. Dan il-premju li jirrikonoxxi xogħol eċċezzjonali fl-istpirtu tal-valuri Ewropej kif ukoll il-ħidma ta’ dawk li permezz tal-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum ikunu qed isaħħu l-valuri, ingħata minn ewroparlamentari Roberta Metsola, Marlene Mizzi kif ukoll Miriam Dalli.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jinnamra mat-tfajla fl-awla qabel imur tliet snin ħabs

Bulgaru ta’ 28 sena residenti Birkirkara intbagħat 3 snin ħabs u mmultat €232.94 wara li fil-qorti nstab ħati b’reati ta’ serq f’diversi okkażjonijiet differenti. Marin Stoyanov Minev li jaħdem bħala xufier b’idu fil-but tul is-smiegħ tal-kawża bla tlaqlieq ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih fosthom li kkommetta reat ta’ serq bi vjolenza u attentat ta’ serq fi tlett okkażjonijiet separati, li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar u regolari, li żamm persuni kontra l-volonta tagħhom kif ukoll li kien riċediv.

Aqra aktar

Send this to a friend