Marita Pace Dimech | One News - Part 13

Marita Pace Dimech

Notifiki

X’bagħtulu lil Santa Klaws it-tfal din is-sena?

Madwar id-dinja kollha, miljuni ta’ tfal jibagħtu ittra lil Missier il-Milied; fiha jesprimu xi xewqa partikolari fosthom dwar ir-rigal li jixtiequ jaqilgħu jew inkella dwar x’jixtiequ li jesperjenzaw fil-ġejjieni.  Dawn ix-xewqat jintbgħatu l-Finlandja bit-tama li mat-tokki ta’ nofsillejl, ix-xewqa ssir realtà.

Żorna l-posta f’Ħal Qormi fejn mar rajna l-ittri li bagħtu t-tfal Maltin lil Missier il-Milied.  Dwar dan, tkellimna f’aktar dettall ma’ Kirsten Portelli, Uffiċjal mill-MaltaPost.  Aqra aktar

Sejħa urġenti għad-demm

Sejħa urġenti għall-għoti tad-demm. Dan kien l-appell taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm dan hekk kif bħalissa r-riserva tad-demm hija waħda baxxa ħafna. Is-sejħa urġenti bħalissa hija l-aktar għad-demm tat-tip O negative u O positive.
Aqra aktar

Aktar minn €5.6 miljun inġabru miill-Eco-Tax

Aktar minn €5.6 miljun inġabru miill-Eco-Tax tat-turiżmu, żvela l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament.

L-eko tax hija kontribuzzjoni ambjentali ta’ ħamsin ċenteżmu li titħallas kemm mill-barranin kif ukoll mill-Maltin għal kull lejl li jqattgħu fi kwalunkwe tip ta’ akkomodazzjoni.Aqra aktar

Sospiżi titjiriet minn Gatwick minħabba li ntlemħu żewġ drones

It-titjiriet f’Gatwick kellhom jiġu sospiżi minħabba li fl-inħawi tal-ajruport intlemħu żewġ drones.

Dan l-apparat eletroniku ntlemaħ jittajjar l-Erbgħa filgħaxija bil-konsegwenza li l-ajruplani ma setgħux jittajru- filwaqt li oħrajn li kienu appik li jaslu fl-istess mitjar kellhom jinżlu f’postijiet oħra.

Dan kollu wassal sabiex il-passiġġiera ġew imwissija li dan kollu jista’ jaffettwa wkoll l-iskeda tal-Ħamis.

Mill-inqas sitt titjiriet minn u lejn Malta ġew affettwati kawża ta’ dan kollu. Gatwick huwa wieħed mill-aktar ajruporti bieżla f’Londra, li ta’ kuljum jgħaddu miljuni ta’ passiġġieri minnu.

Send this to a friend