Marita Pace Dimech | One News - Part 12

Marita Pace Dimech

Notifiki

AĠĠORNAT: 66 persuna jinqatlu fi splużjoni fil-Messiku

L-Awtoritajiet Messikani qalu li n-numru ta’ persuni li nqatlu wara li sploda pipeline taż-żejd il-Ġimgħa filgħaxija, issa tela’ għal 66.

Hu mifhum li l-isplużjoni seħħet wara intervent mill-ħallelin viċin il-belt ta’ Tlahuelilpan, fl-Istat ta’ Hidalgo.

Is-serq taż-żejt huwa komuni fil-Messiku, tant, li l-President tal-pajjiż ordna li ssir investigazzjoni mill-aktar delikata biex dan il-każ jissolva.

Berlusconi se jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi mistenni li jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju li ġej.

B’reazzjoni, huwa qal li fl-età tiegħu ta’ 82 sena, iħoss ċertu sens ta’ responsabilità li jikkontribwixxi fl-Ewropa, fejn hemmhekk hemm nuqqas ta’ ħsieb profond dwar id-dinja.

“Nitlobkom naħdmu flimkien”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May appellat lill-Membri Parlamentari Ingliżi sabiex jaħdmu flimkien b’mod kostruttiv bil-għan li tinstab triq ‘il quddiem għal Brexit.

Ilbieraħ filgħaxija, May rebħet il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx li tressaq mill-Kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ 19 il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.

Dan il-vot ittieħed l-għada li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.

ARA: Tipposponi ċ-ċesarja biex tivvota dwar Brexit

Il-Membru Parlamentari Ingliż Tulip Siddiq, li hija wkoll omm prospettiva, ipposponiet t-twelid ta’ binha li se jitwieled b’ċesarja sabiex tkun tista tattendi għall-vot kruċjali Brexit.

F’kummenti lill-BBC, Siddiq, li għandha tqala f’riskju għoli minħabba d-diabete, saħqet li dan il-vot kien wieħed importanti ħafna għaliha, u li minkejja li suppost kellha tkun l-isptar, hija ħasset li kellha tattendi l-Parlament biex twassal il-vuċi tal-kostitwenti tagħha minn Hampsted u Kilburn.Aqra aktar

Il-Gvern b’tolleranza żero lejn attitudni agressiva fl-iskejjel

Kważi 85% tal-edukaturi esperjenzaw xi forma ta’ aggressjoni mingħand l-istudenti jew il-ġenituri tagħhom fuq il-post tax-xogħol.

Dan joħroġ minn stħarrġ ippubblikat mill-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, fi tnedija tal-kampanja Tolleranza żero lejn attitudni aggressiva fl-iskejjel. F’dan l-istudju ħadu sehem ftit aktar minn 180 edukatur.  24% tagħhom qalu li ta’ kuljum, jesperjenzaw xi forma ta’ aggressjoni fl-iskola, waqt li 44% qalu li jgħaddu minnha darba fil-ġimgħa.Aqra aktar

“Il-kriżi tal-immigrazzjoni għandha tkun indirizzata mill-Istati Membri kollha tal-UE”- il-President

Il-fenomenu tal-migrazzjoni irid jiġi indirizzat b’mod kollettiv, bi qsim tar-responsabilitajiet bejn l-Istati Membri Ewropej.  B’mod dinjituż, li jirrispetta d-drittijiet fundamenali tal-bniedem.  Dan kien l-appell tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-aħħar indirizz tagħha lill-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji akkreditati għal Malta fl-okkażjoni tal-bdil tradizzjonali tal-awguri għas-sena l-ġdida li sar fil-Palazz il-Belt.Aqra aktar

Ikkonfermata: għomor il-ħabs għall-qattiel tal-Avukat Margaret Mifsud

Il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali dalgħodu kkonfermat il-verdett ta’ ħtija u s-sentenza ta’ għomor priġunerija fil-konfront ta’ Nizar Mustafa’ Al Gadi li f’Ottubru 2015 kien għadda ġuri u nstab ħati li qatel lill-eks mara tiegħu l-Avukat Margaret Mifsud. Mifsud kienet instabet bla ħajja fil-karozza tagħha ħdejn it-Torri ta’ l-Għallis, fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fid-19 ta’ April 2012. Waqt il-ġuri kien ħareġ kif Al Gadi qatel lil Mifsud billi applikalha pressjoni kbira fuq sidirha biex hi ma tkunx tista’ tieħu nifs. Il-prosekutur kien iddeskriva dan id-delitt bħala wieħed ta’ kefrija kbira fejn is-Sur Al Gadi seta’ jħares direttament f’għajnejn martu hu u jifgaha sal-mewt.

Aqra aktar

Send this to a friend