Marita Pace Dimech | One News - Part 11

Marita Pace Dimech

Notifiki

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ qabda ta’ 46kg droga kannabis

Inżamm arrestat Darren Mizzi ta’ 26 sena mill-Mtarfa – wara li fil-qorti wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess ta’ 46 kilogramma pjanta kif ukoll raża tal-kannabis.  Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, Mizzi ġie arrestat tard il-Ġimgħa wara nofsinhar wara li twaqqaf fi Triq Tul il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’

Bħalissa għaddejja l-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’ li hija mmirata għal tfal tat-tieni sena fl-iskejjel sekondarji. Permezz ta’ din il-fiera li għaliha qed jattendu mal-2,000 tifel u tifla, dawn l-istudenti ser ikunu jistgħu jiskopru b’mod aħjar 28 suġġett differenti- permezz ta’ pariri professjonali mingħand nies li huma mħarġa f’dan il-qasam.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nqabad bid-droga f’Għawdex

Għawdxi ta’ 44 sena inżamm arrestat wara litressaq il-Qorti ta’ Għawdex l-Erbgħa filgħodu akkużat b’pusess aggravata tad-droga. Ir-raġel, li jgħix il-Fontana, inqabad fil-fatt ibigħ id-droga kokaina.

Fi tfittxija li għamlu l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga nstabet aktar droga kokaina kif ukoll eroina, it-tnejn lesti biex jiġu ttraffikati.

Fil-jiem li għaddew, il-Pulizija resqet Taljan ta’ 29 sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex b’rabta ma’ dan il-każ. Ir-raġel, li huwa wkoll riċediv, tressaq quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri u wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest. Il-Maġistrat ordna li imputat jinżamm taħt arrest preventiv ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Il-proskuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Frank Anthony Tabonoe.

Tennista Maltija ta’ 16-il sena fis-semi finali tal-Australia Open

It-tennista żagħżugħa Francesca Curmi għamlet isem għaliha u għal Mala dan hekk kif irnexxielha tagħmilha għas-semi finali fil-kampjonat Australia Open. Hija renxxielha tikseb rebħa impressjonanti fil-kompetizzjoni ‘junior doubles’ mal-kollega tagħha Loudmilla Bencheick minn Franza.

It-tnejn li huma rnexxielhom jiksbu rebħa kontra żewġ tfajliet Talandiżi. Fi tliet settijiet. Dawn il-kisbiet ifissru li l-Francesca Curmi flimkien mal-kollega tagħha huma biss tournament wieħed milli jagħmluha għal finali f’ Melbourne.

Wara l-kompetizzjoni fl-Awstralja, din it-tennista ta’ 16-il sena se tkun qed tipparteċipa f’kompetizzjonijiet oħra fi Franza, fl-Italja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Uniti. Hija qed tiġi mħarġa minn Matthew Asciak, Francesco Palpacelli kif ukoll Marco Salerno.

260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani rrappurtati f’sentejn

F’temp ta’ sentejn ġew irrappurtati ftit aktar minn 260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani. Dan ġie żvelat mill-Ministru  Michael Farrugia fil-Parlament. Il-Ministru semma kif bejn l-2017 u l-2018 ġew irrapurtati total ta’ 570  każ b’rabta ma’ reati li għandhom x’jaqsmu ma anżjani li għanhom aktar minn 60 sena.

Fost ir-rapporti, kien hemm ftit aktar minn 180 każ irrappurtat b’rabta ma’ offii fuq il-persuna jiġifieri reati li setgħu waslu biex dawn l-anzjani sofrew minn xi ġrieħi.

Matul dawn is-sentejn, il-pulizija rċeviet 95rapport b’rabta ma’ reati fejn l-anzjani sfaw misruqa minn ħallelin li serqulhom il-basket u għosfru b’ħeffa lhiema bħala. Fuq l-istess nota, f’dawn is-sentejn kien hemm disa’ rapporti b’rabta ma’ każijiet ta’ ta’ serq li fihom intużat xi tip ta’ arma.

Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ rapporti marbuta ma’ vjolenza fuq l-anzjani naqas, hekk kif tul dawn is-sentejn kien hemm b’kollox 15-il rapport.

Malta fuq quddiem fl-għajnuna li tingħata lil persuni vulnerabbli

20,000 familja fosthom fosthom anzjani u persuni b’diżabilita’ qegħdin jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna b’investiment ta’ tmint mitt elf ewro fit-tqassim ta’ ikel bnin u sustanzjuż.

Id-direttur tas-Servizzi Korporattivi Stephen Vella fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali spjega kif permezz tal-iskema mħallsa minn Fondi Nazzjonali, il-Gvern jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-familji bil-għan li jkunu jistgħu jkampaw mal-ħajja u fl-istess waqt jiġu mgħejjuna sabiex joħorġu miċ-ċirku tal-faqar.Aqra aktar

Send this to a friend