Marita Pace Dimech | One News - Part 10

Marita Pace Dimech

Notifiki

Tliet snin probation wara li darab raġel

Almer Mabilanga Nanol tpoġġa taħt probation għal tlett snin wara li fil-qorti ammetta li kkawża ġrieħi fuq raġel ieħor. Il-każ seħħ f’Settembru li għadda ġol Mosta. Minnufih huwa ammetta l-akkuża miġjuba kontrih. Fil-Qorti ntqal li anke l-vittma ħafer lill-imputat.
Aqra aktar

ARA: Fi stat avvanzat il-bini tal-iskola primarja tal-Qawra

L-iskola Primarja tal-Qawra qegħda tinbena u waslet fi stat avvanzat. Dan sostnih ma’ ONE NEWS il-Kap tal-Kulleġġ Maria Reġina Patrick Decelis.

“L-iskola tal-Qawra qed tinbena u waslet fi stat avvanzat.”

Tul dawn l-aħħar erba’ snin, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar rat żieda fil-popolazzjoni. Kien għalhekk li erba’ snin ilu nbnew klassijiet mgħammra b’sistemi tekonoloġiċi u interattivi.

Il-klassijiet jinkludu interactive white boards, sistema ta’ arja kkundizzjonata, kif ukoll aċċess għall-kmamar tal-banju skont l-ogħla standards Ewropej.

Apparti l-bankijiet tal-iskola, f’kull klassi hemm spazju għal-librerija.

Is-Sur Decelis qal għall-kuntrarju tal-impressjoni li qed tingħata, dawn il-klassijiet huma attrezzati tajjeb ħafna għat-tagħlim tal-istudenti.

“Il-pre fabricated classrooms li wzajna hemmhekk ma sarux biex ma nibnux skola. Jieħdu inqas żmien biex tibda tużahom- huma ‘state of the art.’ Fihom acs, toilets, twieqi- kollox, ‘intractive whiteboards.’  Attrezzati tajjeb ħafna bħal klassijiet oħra li huma mibnijin bil-ġebel.”

Il-Prinċipal għamilha ċara li dawn il-klassijiet m’humiex ser jiżdiedu ħalli b’hekk l-istudenti jkomplu jgawdu l-ħin rikreattiv tagħhom fil-bitħa tal-iskola.

“F’San Pawl il-Baħar kif inhuma l-affarijiet m’hemm l-ebda pjan li jizdiedu dawn il-pre fabricated classrooms- issa mhux ser ikun hemm dik id-deċiżjoni għaliex l-ispazju għal-logħob- il-btieħi jridu jibqgħu kif inhuma.”

Huwa saħaq li mindu ġew introdotti dawn il-klassijiet, l-istudenti fl-iskola komplew għaddejjin bl-istudji tagħhom fejn ta’ kuljum qegħdin jitħarrġu bl-aqwa għodda possibbli biex jisfruttaw il-potenzjal kollu tagħhom.

ARA: X’jaħsbu l-istudenti dwar it-tneħħija tal-eżamijiet ta’ nofs is-sena

Aktar minn tlettax-il elf student ta’ bejn ir-raba sena primarja sat-tieni sena sekondarja li jattendu fi skejjekl tal-istat, indipendenti u tal-Knisja mhux ser jagħmlu l-eżamijiet ta’ nofs is-sena.  Dan wara li daħlet fis-seħħ is-sistema ta’ assessjar kontinwu tul is-sena kollha li jwassal lill-istess studenti għall-eżamijiet annwali. Aqra aktar

Sistema edukattiva b’aktar opportunitajiet għall-istudenti

“Rajtha interessanti ħafna li ħadna sehem mat-tfal mhux bħal fi żmienna irridu niddeċiedu kollox għalina u nistgħu nagħtuhom parir anke l-carers li kienu qed jaqduna kienu ta’ għajnuna kbira.”

Din kienet reazzjoni ta’ ħafna ġenituri li attendew għall-Fiera Nazzjonali Choice of Subjects li saret f’lukanda ewlenija fil-Furjana.  Matul tmiem din il-ġimgħa, il-ġenituri kellhom l-opportunita’ li jsiru jafu dwar is-suġġetti li ser ikunu offruti lill-uliedhom li fis-sena skolastika li jmiss ser ikunu fit-tielet sena sekondarja.

Aqra aktar

Send this to a friend