Marita Pace Dimech | One News

Marita Pace Dimech

Notifiki

Malta b’aktar konnettività fil-qasam Marittimu

Wara assenza ta’ għaxar snin, il-kumpanija Taljana Onorato Armatori ser terġa’ tibda topera minn pajjiżna. Din il-kumpanija toffri servizz ta’ ġarr ta’ passiġġieri, trailers kif ukoll merkanzija mill-Italja għal Genoa, Sardenja, Korsika, Sqallija, l-arċipelagu tat-Toskana u l-gżejjer Tramiti.

Issa li l-kumpanija ser tibda toffri s-servizz f’Malta, dan huwa punt kruċjali ħafna fil-qasam marittimu ta’ pajjiżna għaliex b’hekk ikun hemm aktar konnettività ma’ pajjiżi Ewropej speċjalment ma’ Franza u l-Ġermanja.

Fl-inawgurazzjoni ta’ dan is-servizz, il-Ministri Ian Borg, Chris Fearne u anke Konrad Mizzi għamlu żjara fuq il-bastiment Maria Grazia Onorato. Dan il-vapur jopera b’tali mod li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent.

It-tlett Ministri saħqu dwar l-importanza li jġib miegħu is-settur marittimu li f’Malta huwa b’saħħtu immens. Intant il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi semma kif fix-xhur li ġejjin ser isiru xogħlijiet fix-Xatt ta’ Pinto u anke f’Lascaris. Min-naħa l-oħra l-Ministru tat-Trasport Ian Borg saħaq kif Malta għadha s’issa bl-akbar ammont ta’ tunnellaġġ f’dan il-qasam. Min-naħa l-oħra, d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne faħħar il-fatt li dan il-bastiment jopera b’mod aktar nadif li ser iwassal sabiex ikollna arja aktar nadifa.

Ħabs għal żagħżugħ li nqabad jittraffika d-droga

Erbgħatax-il xahar ħabs għal żagħżugħ ta’ 27 sena wara li fil-Qorti nstab ħati b’pussess u traffikar tad-drogi raża tal-kannabis, kannabis kif ukoll kokajina. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Marzu li għadda meta l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga għamlu tfittxija f’appartament f’San Pawl il-Baħar. Aqra aktar

“Irridu naddattaw l-esperjenza edukattiva skont il-bżonnijiet tal-istudent b’mod aktar dinjituż” – il-Ministru Evarist Bartolo

Irridu naddattaw l-esperjenza edukattiva skont il-bżonnijiet tal-istudent b’mod aktar dinjituż. Hekk sostna l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo waqt li kien qed jindirizza business breakfast li saret f’lukanda ewlenija f’San Ġiljan. Dan il-business breakfast tratta dwar il-programm Il-vjaġġ tiegħi nasal minn toroq differenti. Programm li mistenni li jidħol fs-seħħ mis-sena skolastika li ġejja, l-istudenti tas-sekondarja ser ikollhom l-opportunita’ li jitgħallmu suġġetti akkademiċi, vokazzjonali jew applikati skont ix-xeħtiet tagħhom.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Dinjità għat-trabi li jkunu twieldu mejta

Hekk kif id-dinja qed tiċċelebra jum l-omm, din il-ġurnata ta’ apprezzament taf tqanqal dieqa fost nisa li jkunu tilfu t-tarbija tagħhom fit-tqala.  Minkejja din l-esperjenza trawmatika,  grupp ta’ nisa minn ‘Dress an Angel’ fil-ħin liberu tagħhom iħitu l-ilbiesi biex ilibbsu trabi li jkunu twieldu mejta.

Aqra aktar

Send this to a friend