Leanne Abela Grech – Page 4 – One News

Leanne Abela Grech

Notifiki

Atleti Maltin jitħarrġu għal żewġ kompetizzjonijiet prestiġġjużi

Fl-eqqel tas-sħana sajfija fejn ħafna minna nkunu qed ingawdu l-frisk tal-baħar, l-atleta Antonio Flores, żagħżugħ ta’ 29 sena, kien qiegħed waqt sessjoni ta’ taħriġ fil-korsa tal-ġiri fil-Marsa. L-atleta Paralimpiku kien diġà ħa sehem fil-logħob paralimpiku tal-2008, iżda minħabba raġunijiet ta’ saħħa kellu jirtira milli jieħu sehem fiż-żewġ edizzjonijiet ta’ wara. Illum il-ġurnata, saħansitra qabel ma għadda mill-proċedura ta’ amputazzjoni ta’ saqajh, reġa’ beda jitħarreġ għal dawn il-logħob.

Flores ilu għal aktar minn sena jitħarreġ b’sieq prostetika għal din il-kompetizzjoni tant prestiġjuża.

“Bażikament it-taħriġ beda teknikament tista’ tgħid qabel ma għamilt l-amputazzjoni, ma stajtx niġri dak iż-żmien, imma kont qed nagħmel affarijiet bħal gym, rota u affarijiet biex inżomm il-fitness kemm nista’, wara l-imputazzjoni bdejt taħriġ tista’ tgħid mill-għada stess; kulma kien it-taħriġ bil-wheelchair bdejt indur mal-isptar nazzjonali ta’ Malta, kemm ngħid nibda xi ħaġa u mbgħad beda bil-mod il-mod.”

F’Awwissu Flores se jkun qed jieħu sehem f’kompetizzjoni uffiċjali li se ssir f’Pariġi li tiddetermina jekk jilgħabx fil-logħob paralimpiku li jmiss.

Intant żorna wkoll il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fejn konna preżenti għal sessjoni ta’ taħriġ tal-weightlifter Yazmin Zammit Stevens, illi għandha f’idejha r-rekord nazzjonali tal-weighlifting.

Zammit Stevens qed titħarreġ bil-għan li s-sena d-dieħla tkun qed tirrapreżenta lill-pajjiżna fl-Olimpjadi li se jsiru f’Tokjo, l-Ġappun.

Minkejja li hemm post għal 14-il atleta biss fil-weightlifting minn madwar id-dinja, l-atleta Maltija hija determinata biex il-ħolma tagħha ssir realtà.

“Minn dejjem kont neħodha bis-serjetà ħafna, però aktar ma joqrob iż-żmien għal 2020, aktar qed neħduha bis-serjetà. Ħajti bażikament hija biss dan l-isports, nagħmel minn kollox li ma ntellifx it-training tiegħi. Kemm jista’ jkun anke ħruġ u dawn l-affarijiet, min jafni, jaf li ma tantx jaraw lil wiċċi barra mid-dar”

Tkellimna wkoll ma’ Jesmond Caruana, il-kowċ ta’ Zammit Stevens fejn qalilna illi minbarra l-preparazzjoni li jirrekjedi l-isport fil-gym, l-atleti jkollhom bżonn ukoll preparazzjoni mentali.

“Aħna għandna ċ-ċans ukoll bħal pajjiżi oħrajn minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż tagħna. Peress li l-atleta tipprepara dan it-taħriġ kollu, fil-ġimgħat li ġejjin ukoll ħafna training camps: kemm hawn Malta kif ukoll barra minn Malta. Jiġiferi importanti li l-atleta, mhux biss fil-kompetizzjonijiet li semmejna, iżda wkoll ħafna kampijiet ta’ taħriġ barra fejn l-atleta titħarreġ ukoll ma’ atleti oħrajn barranin.”

Intant l-atleta paralimpiku għalaq b’messaġġ ta’ ispirazzjoni għal dawk li forsi l-ħajja tathom pinta ħelu u bettija morr.

“Jiena nemmen li fil-ħajja irrelevanti x’inhi s-sitwazzjoni għax kulħadd għandu sitwazzjoni differenti, trid tkun naqra rasek iebsa u trid sfortunatament tagħmel naqra ġilda ħarxa, ġifieri, you have to resist the hardships in life and keep pushin on, u b’xi mod se tasal aktar milli taħseb żgur.”

 

Il-Festi mxandra fuq l-istazzjon ONE

Wara nuqqas ta’ diversi snin, l-istazzjon ONE reġa’ beda jxandar u jwassal il-festi madwar il-lokalitajiet Maltin u Għawdxin lit-telespettaturi bil-programm Mill-Festa li jixxandar il-Ħadd filgħaxija.

Il-programm se jxandar ukoll festi li jsiru matul il-ġimgħa.Aqra aktar

Twissijiet għal temperaturi għoljin fil-Punent tal-Ewropa

Ħafna mill-pajjiżi tal-Punent tal-Ewropa qed jerġgħu jaffaċjaw temperaturi għoljin, it-tieni mewġa ta’ sħana laħqet il-qofol matul il-jum tal-ħamis. Bosta twissijiet dwar it-temperaturi sħan inħarġu f’diversi pajjiżi. Fi Franza nħarġet twissija fejn it-temperatura f’Pariġi laħqet rekord ta’ 40.6 grad fejn saħħansitra tista’ tilħaq sat-43 grad. Aqra aktar

Jirreżenja l-Gvernatur ta’ Puerto Rico wara li jiġu żvelati numru ta’ messaġġi mibgħuta minnu

Jirreżenja l-Gvernatur ta’ Puerto Rico, Ricardo Rossellò. Ir-riżenja saret jien wara li massa ta’ dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw. Minkejja li nhar il-Ħadd li għadda insista li hu se jibqa’ fil-kariga, Rossellò ħareġ stqarrija televiżiva l-Erbgħa filgħaxija fejn qal li r-riżenja tiegħu se tiġi effetiva l-Ġimgħa 2 ta’ Awwissu.

Aqra aktar

Send this to a friend