Leanne Abela Grech | One News - Part 2

Leanne Abela Grech

Notifiki

Żewġ avvenimenti mużikali oħra f’Malta għall-ewwel darba

Siliet mużikali f’għadd ta’ films miġbuda f’Malta fosthom Gladiator, Popeye u Midnight Express se jindaqqu f’kunċert li jittella’ għall-ewwel darba fuq il-Fosos tal-Floriana fis-17 ta’ Lulju li ġej.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li l-kunċert bis-sehem tal-orkesta ta’ BCC Radio 2 se jpaxxi l-widna ta’ mijiet bil-mużika ta’ wħud mill-aktar films importanti li nġibdu fl-istorja ċinematografika ta’ Malta.

Qal li dan l-avveniment se jixxandar b’mod dirett fuq BBC Radio 2 li għandu madwar 15-il miljun semmiegħ.

“Aħna xtaqna li jkollna staġun tas-sajf mimli b’attivitajiet għall-Maltin u għall-barranin ukoll u ħassejna li kellna nattiraw audiences differenti u filwaqt li ħafna drabi niffukaw fuq iż-żgħażagħ, xtaqna nagħmlu xi ħaġa għal familja kollha”

Anthony Cherry, il-producer ta’ BBC Radio 2 qal li l-orkestra se tkun magħmula minn sittin mużiċist u se jsir bis-sehem tal-attriċi ta’ Game of Thrones Hannah Waddingham, Louise Dearman u Bradley Jaden.

“Malta is a wonderful movie star in her own right, many many movies, I think around 150 movies have been shot on this island. So when I started to research it and I found Gladiator was shot here, Popeye was shot here, the midnight express was shot here and the spy who loves me was shot here, I thought well this is obviously a movie concert, so we are going to do movie music”

L-Uffiċjal tal-MTA Lionel Gerada qal li dan l-avveniment se jkun segwit b’kunċert ieħor l-għada tmintax ta’ Lulju, mill-eks kantant ta’ Oasis, Liam Gallagher.

“Nemmen li se tkun lejl dimentikabli kemm għall-followers kollha tal-Oasis kif ukoll għall-pubbliku kollu li togħġbu l-mużika b’mod speċjali fil-ġeneru tar-rock”

Il-Pubbliku jista’ jikseb il-biljetti għal dawn iż-żewġ avvenimenti b’xejn minn fuq is-sit ticketarena.com.mt.

 

ClubMurder b’single ġdida mill-aħħar album Massacre Masterpiece

ClubMurder, grupp fix-xena mużikali f’Malta b’ġeneru metal b’video mużikali ġdid għas-single il-ġdida tagħhom; Viral.

ClubMurder, grupp ta’ ħames mużiċisti Maltin, ra l-bidu tiegħu fl-2005. Matul il-kors ta’ bosta wirjiet live u sessjonijit fl-istudio, Clubmuder ħarġu numru ta’ albums kif ukoll għandhom diversi videos fuq is-sit soċjali YouTube. Ix-xogħlijiet aktar riċenti tagħhom jagħtu stampa aktar ċara ta’ kif il-band evolviet matul iż-żminijiet. Minkejja li l-bidu tal-band kien proġett esperimentali, ClubMurder evolva f’grupp li jagħmel diversi wirjiet.

Viral li hija single mill-album Massacre Masterpiece, hija dwar kif l-umaintà qed tiġi kkonsmata mill-manipalazzjoni tal-media tal-massa. Is-single tindirizza kif il-media qed tinfluenza ir-rutina ta’ kuljum kif ukoll iżomm il-perspettiva tan-nies f’illużjoni.

Fit-22 ta’ Ġunju ClubMurder se jdoqqu live l-album Massacre Masterpiece f’The Garage f’Ħaż-Żebbuġ.

Ffirmar ta’ ftehim storiku bejn l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u l-Awtorità tal-Artijiet

Illum it-Tnejn huwa jum storiku għall-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta hekk kif ġie ffirmat ftehim biex parti mill-art li fiha se jkun hemm il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, fl-istess art fejn kien hemm il-fabbrika tas-cement mibnija b’mod illegali, tgħaddi għand l-Arkivi Nazzjoanli ta’ Malta biex fiha jinbena l-bini għall-arkivji modern. Dan il-ftehim sar fil-ġimgħa ddedikata għall-arkivji internazzjonali, din is-sena t-tema hija id-disinn tal-arkivji fis-seklu 21.Aqra aktar

Ix-xogħol fi Triq Buqana miexi b’ritmu mgħaġġel


Il-proġett b’investiment ta’ tlieta punt sitta miljun ewro fi Triq Buqana, it-triq li tgħaqqad l-Imtarfa, l-Mosta u l-Imġarr, miexi b’ritmu mgħaġġel. Triq Buqana hija fost il-ħafna toroq li bħalissa qegħdin isiru b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Infrastruttura Malta. Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg spjega x-xogħol li qed isir bħalissa fit-triq.Aqra aktar

€20,000,000 għal proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni

Pajjiżna qed jimxi f’direzzjoni ta’ ekonomija li hija bbażata ferm aktar fuq il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-ħaddiem. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma fatturi li jsawwru din l-ekonomija filwaqt li tgħin kumpaniji jkunu aktar kompettitivi jew jidħlu fi swieq ġodda. Kwalunkwe kumpanija li qed tfittex swieq ġodda jew li timmodifika prodott f’wieħed aktar modern għandha kull mezz possibbli bil-fond tal-Horizon 2020. ONE news tkellem maċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar dan.

Aqra aktar

Nofs il-Ministri tal-kabinett fl-Afrika t’Isfel huma nisa

Il-President tal-Afrika t’Isfel, Cyril Ramaphosa, ħabbar il-kabinett il-ġdid li għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż nofs il-ministri huma kollha nisa. F’mossa oħra mhux mistennija, waħda mill-ministri ġejja mill-oppożizzjoni. Ramaphosa ħatar lil Patricia de Lille, politika veterana mill-Oppożiżżjoni bħala l-ministru għall-iżvilupp tal-infrastruttura.

Cyril Ramaphos, li ġej mill-partit tal-Kungress Nazzjonali Afrikan, rebaħ l-elezzjoni fit-8 ta’ Mejju, huwa sorprenda lil kulħadd bl-għażliet tiegħu. Għażla oħra kienet dik li jnaqqas il-kabinett minn 36 għal 28 ministru.

Il-Partit tal-oppożizzjoni Afrikan, l-Encomomic Freedom Fighters stqarr li l-idea li jitnaqqas in-numru ta’ ministri kienet l-ewwel sinjal ta’ diżonesta mill-President għaliex fl-istess waqt huwa żied in-numru ta’ deputati Ministri.

Il-President Afrikan wiegħed li jelimina l-korruzzjoni, iżda, l-korrispondenti politiċi huma mħassba peress li Ramaphosa żamm lil David Mabuza. Mabuza, li huwa alleat tal-eks president Jacob Zuma, jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ qtil politiku u f’kuntratti llegali.

Seba’ turisti jmutu u diversi persuni rrapportati nieqsa wara li għerqet dgħajsa fix-xmara Danube f’Budapest

Seba’ turisti mill-Korea ta’ Isfel mietu u minn tal-inqas 19=il persuna oħra huma nieqsa wara li dgħajsa inqalbet meta ħabtet ma’ bastiment ieħor bil-konsegwenza li bdiet tgħereq fix-xmara Danubju fil-kapitali tal-Ungerija, Budapest.

30 turist u tliet gwidi kif ukoll żewġ membri tal-ekwipaġġ Ungariżi kienu fuq id-dgħajsa waqt il-ħin tal-inċident. L-inċident seħħ fl-10:00pm. Seba’ persuni ġew salvati filwaqt li l-operazzjoni għat-tfittxija għadha għadejja minkejja x-xita qawwija. Ix-xita wassalet biex ikun hemm kurrenti qawwija fix-xmara li hija attrazzjoni popolari fost ħafna turisti.Id-dgħajsa li għerqet ħdejn il-bini tal-parlament ġiet identifikata bħala Hableany jew Mermaid.Aqra aktar

Inawgurata t-tieni tug boat minn flotta ta’ tlieta

Ġiet inawgurata t-tieni tugboat minn flotta ta’ tlieta ġodda bil-isem ta’ Vittoriosa b’ investiment ta’ 8 miljun ewro minn Tug Malta.

It-tug boat li hija it-tieni waħda minn flotta ta’ tlieta li ġiet inawgurata sena wara l-ewwel tug boat tal-flotta bl-isem St. Angelo. L-investiment totali tal-flotta se jkun ta’ €24 miljun.

Aqra aktar

FILMAT: Eluf jiċċelebraw ir-riżultat storiku ieħor tal-Partit Laburista

Malli l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, ħabbar li l-Partit Laburista kiseb riżultat ieħor storiku fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, iskotaw il-preparamenti quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Minkejja li għall-ewwel deher li l-maltemp kien ser iħassar iċ-ċelebrazzjonijiet, dan ma’ qatax il-qlub ta’ bosta li kienu miġbura fil-Ħamrun.

Aqra aktar

Send this to a friend