Kyle Mifsud | One News - Part 92

Kyle Mifsud

Notifiki

WiFi4EU: Skema ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-aċċess tal-internet b’xejn

Daqt tidħol fis-seħħ skema ta’ aċċess għall-punti ta’ WIFI mingħajr ħlas madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-UE se tkun qed tiffinanzja WIFI b’xejn fi spazji li huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali bħall-libreriji, binjiet pubbliċi u sptarijiet.

 

Carlos Zorrinho, rapporteur għal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qal li l-inizjattiva WIFI4EU hija frott ta’ viżjoni politika b’saħħitha li daqt se tkun qed realtà  madwar l-Unjoni Ewropea. Se tkun qed tassigura wkoll li, rrispettivament fejn jgħix jew kemm jaqla’ paga, kull ċittadin Ewropew jibbenefika minn konnettività tal-WIFI ta’ kwalità għolja.

Iċċelebrat il-Jum Nazzjonali tal-Katalani

Mijiet ta’ eluf ta’ Katalani f’Barcelona immarkaw il-jum nazzjonali tagħhom – “Diada” – bħala appoġġ għal referendum dwar l-indipendenza. It-toroq tal-belt inbidlu f’ammont kbir ta’ bnadar ħomor u sofor, propju tliet ġimgħat qabel il-vot ippjanat, li l-gvern Spanjol qiesu bħala illegali.Aqra aktar

Iċċelebrat Jum tal-Ewwel Għajnuna

Aktar minn 15,000,000 persuna qed tirċievi taħriġ dwar l-ewwel għajnuna kull sena. Is-Soċjetà Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar qed tiċċelebra l-jum ddedikat għall-ewwel għajnuna. Għal aktar minn 150 sena din is-soċjetà internazzjonali pprovdiet taħriġ għal miljuni kbar ta’ niesIs-Soċjetà Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar saħqet li taħriġ u għarfien dwar l-ewwel għajnuna huwa importanti ħafna hekk kif jista’ jfisser differenza bejn ħajja jew mewt.

Aqra aktar

Żifna u ikla għal għan nobbli

Għat-tielet sena konsekuttiva grupp ta’ żeffiena Maltin qed jorganizzaw attività bil-għan li jinġabru fondi għall-għaqdiet volontarji.  

Din is-sena minn dawn il-fondi se tibbenefika il-Myalgic Encephalomyelitis & Fibromyalgia Alliance Malta.

Marouska Falletta, żeffiena, qalet kif “kull sena aħna ngħamlu din l-attività l-Ġnejna u kull sena niġbru għal Fondazzjoni differenti. Din is-sena ddeċidejna, għandi  xi wħud mill-istudenti li jiġu z-zumba u jbagħtu b’din il-kundizzjoni – u dawn kienu l-inspirazzjoni tiegħi. Wieghedthom li din is-sena d-donazzjonijiet se jmorru għall-assoċjazzjoni.”

Aqra aktar

Impenn lokali fit-tkabbir tat-tadam

Bħalissa huwa l-aqwa zmien għat-għasir tat-tadam. Hekk iddeskriva dan il-perjodu John Magro, wieħed mis-sidien ta’ fabbrika ewlenija f’Għawdex li tipproduċi prodotti magħmulin mit-tadam.

Fi żjara tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri nnutajna numru ta bdiewa Għawdxin li minkejja x-xemx tiżreġ fuq rashom komplew bil-ħidma tagħhom fil-qtugħ tat-tadam.

Aqra aktar

SIBT ISWED: IMUTU TLIET PERSUNI FIT-TRIQ

Sibt iswed. Tliet persuni tilfu ħajjithom f’inċidenti separati tat-traffiku li seħħew f’ħinijiet differenti tal-jum u postijiet differenti tal-pajjiż.  

L-ewwel inċident seħħ kmieni fil-għodu fil-Mellieħa meta għall-ħabta tas-siegħa u nofs karozza tat-tip Daihatsu Sirion baqgħet dieħla f’ambulanza tas-Soċjeta Maltija tas-Salib l-Aħmar fit-tela’ ta’ Selmun. 

Aqra aktar

Temperatura rekord fl-ibħra Maltin

Il-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lil gżejjer Maltin wasslet għall-aktar temperaturi tal-baħar għoljin li qatt ġew irrekordjati f’Malta. 

Il-Professur Aldo Drago li huwa l-ko-ordinatur tal-Grupp tar-Riċerka Oċeanografika Fiżika fid-Dipartiment tal-Ġeografija fi ħdan l-Università ta’ Malta fisser kif issa anke l-baħar qabeż it-tletin grad celcius.  

Aqra aktar

Ħidma biex jintfew nirien fl-Imġarr

Il-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lil pajjiżna qed tħalli l-effetti tagħha hekk kif bħalissa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ ħidma sabiex jintfew nirien li qabdu fid-Dwejra limiti tal-Imġarr Malta.

Aqra aktar

L-Air Malta u l-MIA milquta inqas minn regoli ġodda

Il-mijiet t’eluf ta’ passiġġieri li ta’ kuljum jgħaddu mill-ajruporti Ewropej qed jaffaċċjaw kjuwijiet twal ħafna minħabba żidiet fil-proċeduri ta’ sigurtà. Għalkemm jidher li l-linja nazzjonali tal-ajru u l-ajruport internazzjonali ta’ Malta m’għaddewx mill-esperjenzi ta’ linji tal-ajru oħra u ajruporti internazzjonali oħra.

Dawn il-proċeduri ġew implimentati mill-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-bosta attakki terroristiċi li saru tul dawn l-aħħar snin. Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea ilhom jisħqu għal aktar sigurtà fl-ajruporti minn Settembru 2015. L-aktar proċedura li qed toħloq inkonvenjent hija dik li l-persuni kollha li se jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi li ma jinsabux fiż-żona Schengen, isimhom qed jiġi mqabbel ma’ databases internazzjonali ta’ persuni li jista’ jkollhom xi rabtiet ma’ gruppi terroristiċi.

Aqra aktar

Send this to a friend