Kyle Mifsud | One News - Part 9

Kyle Mifsud

Notifiki

AĠĠORNAT: Imut raġel f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni ieħor f’San Ġiljan

Ftit wara t-15:00 tat-Tnejn waranofsinhar l-Pulizija daħlulha rapporti li kien għadu kif waqa’ persuna li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. L-inċident seħħ fi Triq Francis Zammit. Immedjatament fuq il-post mar tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-persuna ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.

Dan kien it-tieni inċident fatali f’sit ta’ kostruzzjoni għal dan il-jum hekk kif kmieni dalgħodu instab ġuvni bla ħajja f’sit ta’ kostruzzjoni ieħor f’Tas-Sliema.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Tifla ta’ 12-il sena tintlaqat minn karozza f’Marsaxlokk

Żagħżugħa ta’ tnax-il sena ddaħħlet l-isptar għall-Kura wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq Għajn Xtart f’Marsaxlokk. Hija intlaqtet minn vettura tat-tip BMW 118d M-sport misjuqa minn raġel ta’ 27 sena. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tfajla l-isptar Mater Dei għall-kura bil-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Għalliem jispiċċa bla warrant wara li hedded Imħallef

Il-Qorti tal-appell ikkonfermat is-sentenza fil-konfront ta’ Vincent Carabott wara li xi snin ilu kien ittieħeħidlu l-warrant t’għalliem b’mod permanenti. Dan seħħ wara li f’Ottubru tal-2015 kien instab ħati li hedded imħallef u dakinhar kien ġie kkundannat sentenza sospiża ta’ ħabs flimkien ma’ multa ta’ €1,200. Dakinhar Carabott kien għaddej minn proċeduri ta’ separazzjoni, meta waqt seduta fil-Qorti Ċivili tawwal ilsienu u għamel għal ġudikant li kienet qed tippresedji s-seduta. Huwa għamel dan wara li waqt kawża ta’ separazzjoni martu talbet sabiex ir-raġel jiġi żgumbrat mid-dar.Aqra aktar

Maġistrat isostni li l-ispeed camera tas-Siġġiewi ma ħadmitx u li hemm bżonn jintużaw aktar l-ispeed guns

F’digriet tal-Qorti, l-Maġistrat Joe Mifsud ippropona li minflok speed camera waħda installata f’parti ‘l bogħod mill-bini residenzjali għandhom jibdew jintużaw il-mobile speed cameras, jew aħjar speed guns li għandhom il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku. Hawnekk fi kliemu spjega li l-speed camera eżistenti mhux taħdem fiż-żamma tal-ordni. Il-Maġistrat Mifsud spjega kif it-triq in kwistjoni, Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi  hemm min qed jużaha bħal ċirkwit tat-tiġrijiet tal-vetturi, liema vetturi u l-mod mgħaġġel li jgħaddu bih qed joħolqu periklu kontinwu għal min juża l-imsemmija triq.

Il-Qorti marret fuq il-post diversi drabi u nnotat kif ikun hemm min ikun għaddej b’velocita’ ferm għolja imbagħad inaqqas l-ispeed meta tkun qrib l-ispeed camera. Għalekk irrakomanda li għandu jkun hemm speed calming measures minnufih minn fejn jibda l-bini u kif ukoll int u dieħel is-Siġġiewi minn din it-triq.

F’Malta…se tkun fostna l-vuċi ta’ Freddie Mercury

 L-artist Kanadiż Marc Martel li l-vuċi tiegħu hija identika bħal ta’ Freddie Mercury se jkun fostna f’Malta! Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Marc Martel, kantant li qed jieħu fama internazzjonali b’ritmu mgħaġġel, se jkun qiegħed jagħti kunċert tal-aqwa siltiet tal-grupp mużikali QUEEN fit-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort. Bla dubju li Martel, permezz tal-vuċi tiegħu se jsaħħar lil dawk preżenti bis-siltiet mużikali bħal ‘We Will Rock You’, l-ikonika ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Somebody to love’ u finalment ‘We Are the Champions’.

Għal darb’ oħra dan il-kunċert se jsir fil-Marina tal-Belt Vittoriosa għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant’Anġlu. Dan ser isir b’risq il-fondazzjoni filantropika, The Marigold Foundation.

Il-kantant Marc Martel li għad għandu biss 42 sena, beda l-karriera tiegħu minn sempliċiment ‘band’ reliġjuża taħt l-isem ‘Downhere’ fil-Kanada. Martel jinsab fuq quddiem nett bħala s-sostitut ideali ta’ Freddie Mercury fil-grupp mużikali QUEEN. L-artist innifsu iżda jistqarr li din ma kinetx il-ħajja li qatt ħaseb li se jkollu, b’ħafna folol u sostenituri tiegħu madwar id-dinja kollha, u dan wara li deher fil-programm famuż ‘Americon Idol’.

Aktar minn hekk, Roger Taylor, id-drummer uffiċjali tal-QUEEN jitkellem fuq Martel u jgħid “that voice… you listen, close your eyes and you think it’s Freddie”, daqslikieku Freddie Mercury jinsab preżenti jkanta fostna ! F’Awwissu tal-2017, Martel, nistgħu ngħidu li rnexxielu jnissel demgħa lill-kantanta Celin Dion, permezz tal-interpretazzjoni perfetta tiegħu tas-silta ‘Somebody to Love’. Il-filmat fuq Youtube rawh iktar minn sitt miljun ruħ!

Titlifx ħin! Idħol issa ixtri l-biljetti tiegħek minn fuq www.showshappening.com/rtf/marcmartel sabiex nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, inti wkoll tkun preżenti għat-tieni edizzjoni tal-kunċert Rock The Fort bil-mistieden ewlieni, Marc Martel.

Dan il-kunċert qed jiġi ppreżentat lilkom grazzi għal:

Festivals Malta | Malta Tourism Authority | Grand Harbour Marina | Kind’s Auto Sales Ltd | JAC Steel Ltd | 50th Boutique Hotel | Coca Cola | MIB Insurance Agency | Oxford House | LIDL | Valletta Waterfront | Cisk Lager | Multigas | Goodfellas Pizza | Vodafone Malta | Green Isle Foods

It-tieni ċiklun fi żmien 48 siegħa

It-tieni ċiklun fi żmien tmienja u erbgħin siegħa ġab miegħu irwiefen distruttivi u xita torrentjali fir-reġjuni kostali fl-Awstralja. L-uffiċjali qalu li c-Ċiklun Veronica kien madwar ħamsa u disgħin kilometur ‘l barra mill-kosta fil-Majjistral tal-pajjiż.

Minkejja li mhux mistennija li tmiss l-art, iċ-ċiklun ta’ kategorija tnejn qed jimxi bil-mod u wassal għal twissijiet biex in-nies jibqgħu ġewwa. Fil-jum tas-Sibt, iċ-Ċiklun Tervor, li kien ta’ kategorija erbgħa, laqgħet it-territorju tat-Tramuntana.

Ordnata inkjesta tal-ogħla livell

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ordnat inkjesta tal-għola livell fuq l-attakki li seħħew fil-moskej fi Christchurch, li ħallew ħamsin persuna mejta. Qalet li kummissjoni rjali se teżamina jekk il-pulizija u s-servizzi tal-intelliġenza setgħu għamlu iktar biex iwaqqfu l-isparaturi li seħħew fil-ħmistax ta’ Marzu.

Kummissjoni rjali hija l-ogħla livell ta’ inkjesta indipendenti li tippermetti l-liġi ta’ New Zealand. Ardern qalet li l-kummissjoni se tipproduċi rapport komprensiv. Il-Prim Ministru qalet ukoll li l-inkjesta se tiffoka wkoll fuq l-aċċessibilta ta’ armi semi-awtomatiċi u x’irwol kellha l-midja soċjali fl-attakki.

Ma kienx hemm indħil Russu fil-kampanja Presidenzjali ta’ Trump – Robert Mueller

Il-kampanja tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump ma kellix x’taqsam mar-Russja fl-elezzjoni tal-elfejn u sittax. Dan skont sommarju tar-rapport tal-konsulent speċjali Robert Mueller li kien preżentat lill-Kungress fil-jum tal-Ħadd.

Is-sommarju tar-rapport ma tax konklużjoni fuq jekk Trump ostakolax il-ġustizzja illegalment, u għaldaqstant ir-rapport ma neħħa l-ebda ħtija minn fuq il-President.

L-Avukat Ġenerali William Barr ta s-sommarju tar-rapport lill-Kungress, bil-President Trump jikteb fuq Twitter li ma kien hemm l-ebda kollużjoni u l-ebda ostaklu.

ARA: Imut wara li waqa’ 4 sulari f’Tas-Sliema

Persuna mhux magħrufa tilef ħajtu wara li għal xi raġuni waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dingli f’Tas-Sliema.  Għall-ħabta tad-9am, l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u tim ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq inċident f’sit ta’ kostruzzjoni. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel li huwa barrani li waqa’ madwar 4 sulari u mhux ħaddiem li kien qed jaħdem f’dak is-sit u filfatt huwa instab minn ħaddiema li kienu se jibdew il-ġurnata tax-xogħol tagħhom.

Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post jdher li minħabba li r-raġel jinsab f’post mhux aċċessibbli l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-USAR kellhom jinżlu ħdejh permezz tal-ħbula u makkinarju tal-kostruzzjoni.

Nifhmu li dwar dan il-każ se tkun qed tinfetaħ inkjesta u l-Pulizija mistennija tibda b’ħidma sabiex jiġi identifkat il-vittma u l-kawża flimkien mal-ħin tal-mewt.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Rumen bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-forklifter fit-Tarzna

Tard il-Ħadd filgħaxija Rumen ta’ 30 sena idaħħal b’mod urġenti l-isptar għall-kura wara li nqaleb bil-forklifter li kien qed jiġi misjuq minn ġuvni ieħor ta’ 20 sena fit-Tarzna tal-Palumbo f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq Għajn Dwieli biswit l-entratura tat-Tarzna. Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħarġu lir-raġel ta’ 30 sena minn taħt il-lifter u ħaduh lejn l-emerġenza tal-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isorfri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Send this to a friend