Kyle Mifsud | One News - Part 8

Kyle Mifsud

Notifiki

Għawdxi bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta 35 sena mix-Xewkija qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li l-bieraħ filgħaxija ħabat ma’ karozza tat-tip Hyundai Accent misjuqa minn raġel ta’ 45 sena. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:30 fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ħadu l-isptar għall-kura meħtieġa.

Aktar tard ġie ċċertifikat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Probation wara li ammettew serq minn lukanda

Ibrahim Micallef u Dawid Piotr Cieccerski ta’ 16-il sena wieġbu ħatja li serqu bagalja minn lukanda fil-Qawra. Huma tressqu l-Qorti akkużati li fil-lejl ta’ bejn it-28 u 29 ta’ Marzu serqu bagalji b’xi ħwejjeġ minn kamra ta’ lukanda fil-Qawra. Ibrahim Micallef li għandu 19-il sena qed jiġi akkużat ukoll li wettaq reat kriminali ieħor waqt li kien qed jiskonta sentenza sospiża oħra.

Aqra aktar

Żewġ irġiel imutu f’żewġ inċidenti separati f’siti ta’ kostruzzjoni

Kien bidu ta’ ġimgħa traġiku għal żewġ persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom f’żewġ inċidenti separati f’siti ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema u San Ġiljan.

L-ewwel diżgrazzja seħħet għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu meta numru ta’ ħaddiema li kienu dieħlin għax-xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dingli f’Tas-Sliema nnutaw ġuvni bla ħajja f’ħofra fonda madwar erba’ sulari.

Immedjatament fuq il-post intalbet l-għajuna tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u tim ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Minħabba li r-raġel waqa’ f’post mhux aċċessibbli,  il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-USAR kellhom jinżlu ħdejh permezz tal-ħbula u makkinarju tal-kostruzzjoni. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tobba tal-emerġenza Dr Michael Spiteri u Dr Jonathan Joslin.

Għal xi ħin ir-raġel x’aktarx barrani ma setax jiġi identifikat hekk kif fuq persuntu ma nstabet l-ebda forma ta’ dokumentazzjoni.

It-tieni diżgrazzja seħħet għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar meta Taljan ta’ 40 sena ltaqa’ bla ħsieb mal-mewt meta waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Francis Zammit f’San Ġiljan.

Immedjatament fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili. Madankollu, tabib li mar fuq il-post mat-tim mediku ċċertifika l-vittma mejjet fuq il-post.

Dwar dawn iż-żewġ każi infetħet inkjesta mill-Maġisrat tal-Għassa bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett u mid-Dipartiment tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

Dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia twassal għal mandat ta’ tfittxija għand oħt Simon Busuttil – Rapporti

Id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza stampa fid-Dar Ċentrali wasslet għal mandat ta’ tfittxija fir-residenza ta’ Diana Busuttil, oħt l-eks kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Rapporti fil-Maltatoday qalu li kmieni l-Ħadd filgħodu l-Pulizija marret fir-residenza ta’ Diana Busuttil b’mandat ta’ tfittxija li kien iffirmat mill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-investigazzjoni b’rabta mar-rapport li Adrian Delia għamel għand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Oħt Simon Busuttil daħlet f’dan kollu wara li fil-passat kienet miżżewġa lil Kris Bajada, iben Eucharist Bajada li huwa s-sid ta’ numru ta’ kumpaniji barranin li kellhom sehem f’numru ta’ djar f’Londra li kienu involuti fil-prostituzzjoni. L-istess rapporti tal-Maltatoday qalu li l-kont bankarju ta’ Delia f’Jersey kien infetaħ f’isem il-klijent tiegħu, Eucharist Bajada. Dan il-kont irċieva man-nofs miljun ewro f’depożiti ta’ ċekkijiet u flus kontanti.

F’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ wara li rċieva mistoqsijiet minn The Times, Delia qal li talab lill-Pulizija tinvestiga dawk li huwa sejjaħ bħala dokumenti b’firem foloz li kienu waslu għand dan il-ġurnal. It-Times irrapportat li skont tagħrif li wasal għandha, investigazzjoni tal-FIAU kienet ikkonkludiet li kien hemm biżżejjed informazzjoni li turi li l-kont li kellu Delia f’Jersey seta’ ntuża għall-ħasil tal-flus.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Imut raġel ieħor f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Ftit wara t-15:00 tat-Tnejn waranofsinhar l-Pulizija daħlulha rapporti li kien għadu kif waqa’ persuna li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. L-inċident seħħ fi Triq Francis Zammit. Immedjatament fuq il-post mar tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-persuna li huwa Taljan ta’ madwar 40 sena u ġie ddikjarat mejjet fuq il-post.

Intant, fuq il-post kien evidenti x-xokk fuq sħab il-ħaddiem li kien għadu kif tilef ħajtu b’uħud minnhom saħansitra baqgħu jakkumpanjawh il-ħin kollu sakemm idaħħal fil-hease tal-korp tal-Pulizija.

Dan kien it-tieni inċident fatali f’sit ta’ kostruzzjoni għal dan il-jum hekk kif kmieni dalgħodu instab ġuvni bla ħajja f’sit ta’ kostruzzjoni ieħor f’Tas-Sliema.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Send this to a friend