Kyle Mifsud – Page 7 – One News

Kyle Mifsud

Notifiki

Persuna l-isptar wara argument bejn tlieta f’San Ġiljan

Persuna kellha tidaħħal l-isptar Mater Dei b’urġenza wara li ftit wara s-14:30 tas-Sibt seħħ argument. L-incident seħħ wara argument bejn 3 persuni fi Triq San Ġorg f’San Ġiljan.

Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Pulzija mir-rapid intervention unit li bdew tfittxija għaż-żewġ persuni l-oħra li ħarbu minn fuq il-post.

 

Jitpoġġew it-travi kollha tal-itwal flyover fil-Marsa

Infrastructure Malta poġġiet f’posthom l-aħħar sett ta’ travi tat-tielet u l-itwal flyover tal-proġett tal-Marsa Junction.

Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkomplew ix-xogħlijiet biex titlesta l-gverta tal-konkos fuq dawn it-travi u r-rampa li twassal għall-flyover min-naħa ta’ Vjal Santa Luċija. Ġaladarba jistennew dawn ix-xogħlijiet il-gverta se tinkesa bl-asfalt, isirulha l-korsiji u jitwaħħlu l-crash barriers mal-ġnub fost xogħlijiet oħrajn li jsiru fl-aħħar.

Aqra aktar

Mozzjoni li ma kellhiex tkun aċċettata- Avukat veteran


Il-mozzjoni li ressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament, biex l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia jkun diskuss b’urġenza, ma kellhiex tiġi aċċettata mill-Ispeaker. Dan qalu l-avukat ta’ esperjenza Joe Brincat f’opinjoni li dehret fil-ġurnal L-Orizzont tal-Ħamis. Aqra aktar

Send this to a friend