Kyle Mifsud | One News - Part 6

Kyle Mifsud

Notifiki

Delia kostrett jitlob vot ta’ fiduċja wara li 150 kunsillier iffirmaw petizzjoni kontra l-kap

Fi żmien ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkollu jitlob vot ta’ fiduċja fost l-1500 membru tal-Kunsill Ġenerali hekk kif petizzjoni li bdiet tiċċirkola fost il-kunsilliera laħqet il-150 firma. Dan qalitu t-Times of Malta fi storja ppubblikata l-Ħadd waranofsinhar.

Fl-ittra li daret f’kull struttura li għandu l-Partit qed jingħad li r-riżultati tal-elezzjonijiet li għaddew qed ipoġġu lill-Partit Nazzjonalista f’riskju serju. Hemm ukoll tfakkira li l-Partit Nazzjonalista tilef bl-akbar distakk mill-Indipendenza ‘l hawn.

Fl-ittra jingħad li ġaladarba nġabru l-150 firma neċessarja, il-Partit Nazzjonalista għandu ġimgħa ċans biex ilaqqa’ l-Kunsill Ġenerali u jgħaddi vot fuq din il-mistoqsija.Aqra aktar

Petizzjoni sabiex Delia jsejjaħ Kunsill Ġenerali u jitlob vot ta’ fiduċja fih innifsu

Bħalissa fil-Partit Nazzjonalista qed iddur petizzjoni fost il-kunsilliera sabiex jitlaqqam Kunsill Ġenerali straordinarju u jintalab vot ta’ sfiduċja fil-Kap Adrian Delia. F’ittra li qed iddur f’kull struttura li għandu l-Partit qed jingħad li r-riżultati tal-elezzjonijiet li għaddew qed ipoġġu f’riskju serju lill-PN. Huma fakkru wkoll li l-PN tilef bl-akbar distakk mill-Indipendenza ‘l hawn.Aqra aktar

Tlett irġiel u tfajla arrestati waqt rejd għad-droga f’Marsascala

Tliet irġiel u tfajla ġew arrestati waqt rejd għad droga f’Marsascala. Dan ir-rejd seħħ wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-droga, assistiti mill-membri tal-Special Intervention Unit, ilbieraħ waranofsinhar, sar rejd fiż-żona tal-boat houses li hemm fil-fil-bajja ta San Tumas, f’Marsaskala hekk kif kien qed jiġi rrappurtat li minn kamra partikolari kien qed isir traffikar tad-droga ssuspettata eroina u kokaina.

Ir-rejd irriżulta fl-arrest ta’ tliet irġiel Maltin residenti Bormla, Ħal-Qormi u l-Marsa u iktar tard ta’ tfajla minn residenza fiż-Żejtun. Din il-ħidma rriżultat ukoll fis-sejba ta’ diversi qratas bit-trab abjad u kannella ssuspettata d-droga eroina u kokaina. It-tliet irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin waqt li l-investigazzjonijiet talPulizija għadhom għaddejjin.

Dwar dan il-każ ukoll issejħħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Luċifru riesaq lejn il-gżejjer Maltin

Inti lest għal Luċifru? Luċifru huwa l-isem li ngħata mill-Awtoritajiet Taljani għall-mewġa ta’ sħana li tinsab riesqa lejn pajjiżna u mistennija tolqot fil-ġranet li ġejjin. Grafika maħruġa mis-siti tat-temp Taljani qed turi li t-temperaturi li mistennija jolqtu lill-Malta jistgħu jaqbżu l-40 Grad celcies b’partijiet tal-Italja mistennija jaraw temperaturi li jlaħħqu s-46grad celcius. Is-sit Malta Weather qed ibassar li it-temperaturi mistennija jolqtuna fi tmiem din il-ġimgħa u mistennija jdumu għal ħamest ijiem sakemm jibdew itaffu.

Sors: Malta Weather

ARA: Jabbanduna lil ‘Scruffy’ ma’ arblu fix-xemx wara li qalulu li s-santwarju mimli

Is-santwarju tal-klieb Noah’s Ark appellaw għal aktar responsabbiltà wara li raġel mhux magħruf ħalla kelb marbut ma’ arblu wara li qalulu li s-santwarju tal-klieb kien mimli. Dan il-każ xokkanti seħħ fid-dawl tax-xemx tiżreġ biswit is-sit li għandu Noah’s Ark. Il-kelb li ngħata l-isem ta’ Scruffy finalment inġabat mill-volontiera ta’ Noah’s Ark stess u llum jinsab f’dan is-santwarju jistenna li jsib familja li taddottah.

Intant, minn informazjzoni li kiseb one.com.mt jidher li dan ir-raġel ħalla l-kelb biswit is-santwarju hekk kif kien qed ikollu problemi ma’ sid il-kera minħabba l-preżenza tal-annimal fir-residenza li kien qed jgħix fiha. Aqra aktar

Żewġ inċidenti bil-gass fi ftit minuti

Fi spazju ta’ ftit minuti membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq żewġ inċidenti relatati mal-gass fl-Imsida u f’Ħal-Żebbuġ.

Sorsi tagħna qalulna li fl-incident tal-Imsida il-pumpier tal-Protezzjoni Ċivili tfew forn li kien inħakem minn nirien ġewwa kcina.

L-inċident f’Ħal-Żebbuġ għadu qed jiżviluppa u l-unika informazzjoni li għandna sa issa hija li ċ-ċilindru tal-gass kien jinsab fuq il-bejt tar-residenza.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Send this to a friend