Kyle Mifsud | One News - Part 54

Kyle Mifsud

Notifiki

Ħuta oħra aljena f’Malta

Ħuta li normalment narawha fl-akwarji dehret tgħum fil-baħar tal-port ta’ Marsamxett. Il-ħuta tat-tip Azure damoiselle dehret tgħum ġo ilma f’fond ta’ madwar żewġ metri.Aqra aktar

Tlieta arrestati wara li nqabdu bid-Droga f’San Pawl il-Baħar

It-Tlieta, għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ filgħodu l-Pulizija daħlilha rapport ta traffikar ta’ droga ġo stabbiliment f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija mid-distrett tal-Qawra marru mmedjatament fuq il-post fi Triq it-Tamar f’San Pawl il-Baħar fejn wara tfittxija sabu ammont ta’ droga u affarijiet relalati mat-traffikar tad-droga. Aqra aktar

AĠĠORNAT: TINSTAB L-ANZJANA MITLUFA

21:36 – L-anjana li ntilfet aktar kmieni llum għadha kif instabet quddiem il-Parlament. Il-familjari tagħha rringrazzjaw lil kull min għen fit-tfittxija.

Anzjana li tbati bid-Dimensja ntilfet fl-akwati tal-Marsa. Theresa Borg dehret l-aħħar fl-inħawi tal-Marsa Park and Ride. Jista’ jkun ukoll li dehret fil-Belt Valletta.

Hija kienet liebsa ġakketta ta’ lewn khaki u l-barnuża tar-ritratt. L-aħħar kuntatt mal-familjari tagħha kien kmieni wara nofsinhar.

Kull min jara lil Borg għandu jikkuntattja lill-qraba tagħha fuq in-numri 79324708/99294634 jew lill-Pulizija fuq in-numru 119.

Inawgurati 6 vetturi tat-tifi tan-nar

Id-Dipartimen tal-Protezzjoni Ċivili inawgura 6 vetturi ġodda tat-tifi tan-nar. Fost dawn hemm 2 high volume water carriers li huma kapaċi jippumpjaw 10,000 litru t’ilma fil-minuta. Dan sar waqt ċerimonja fid-daħla tal-Belt Valletta mill-Ministru ghall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia. Aqra aktar

IT-TLIET IRĠIEL JITQIEGĦDU TAĦT ATT T’AKKUŻA

Il-Qorti sabet biżejjed evidenza sabiex takkuża lit-tliet irġiel bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan sar wara li l-Maġistrat kienet sodisfatta bl-evidenza miġbura mill-Pulizija fl-investigazzjoni tagħha.

Intant il-Qorti laqgħet ir-rikors tal-aħwa Degiorgio fejn talbu li jibdew jinżammu f’diviżjonijiet mal-priġunieri l-oħra bħal Vince Muscat. Għalekk il-qorti ordnat lid-Direttur tal-ħabs sabiex dawn jitmexxew għal diviżjoni oħra fi żmien jumejn.

F’awla ppakjata bil-ġurnalisti kif ukoll familjari ta’ Caruana Galizia, taw ix-xhieda tagħhom tliet uffiċjali mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

Is-Surġent Brady Zammit, ta x-xhieda tiegħu u spjega x’sab malli wasal fuq il-post kif ukoll semma li tkellem ma’ xhud li kien fuq il-post dak il-ħin tal-isplużjoni.

It-tieni kuntistabbli li tkellem kien Josef Gerada. Huwa spjega kif l-għada li seħħ il-każ kienu ntbagħtu fl-akwati tal-Bidnija sabiex jelevaw filmati mill-kameras tas-sigurtà kif ukoll biex jistaqsu lill-bdiewa u kaċċaturi jekk fil-ġranet ta’ qabel rawx movumenti suspettużi.

Madankollu huwa spjega li fl-akwati ma kien hemm ħadd. Gerada kien iltaqa’ wkoll ma’ iben Caruana Galizia fit-Trade Fair Grounds fin-Naxxar fejn spjegalu eżatt x’kien ġara fil-jum ta’ qabel.

Ġiet kkonfiskata l-Mercedes ta’ Alfred Degiorgio li minnha fiha nstabu pendrive, internet key u numru ta’ dokumenti. Mill-vettura ta’ Vince Muscat ma kien hemm xejn li seta’ jiġi elevat għajr xi dokumenti mediċi. Madankollu minn dik ta’ George Degiorgio ġew elevati wkoll numru ta’ USB-sticks u wi-fi router.

Il-Pulizija daħlu ġewwa r-residenza ta’ Alfred Degiorgio f’San Pawl il-Baħar. Ġo din ir-residenza instabu kważi ħamest elef ewro moħbija wara inkwatru kif ukoll top-up card tal-ħames ewro.

Il-kuntistabbli Saviour Scerri xehed ukoll kif fil-ġimgħat ta’ wara r-reat kien intbagħad jiġbed filmati tad-dgħajsa Maya. Scerri flimkien ma’ Pulizija ieħor qagħdu f’pożizzjonijiet strateġiċi fil-Port il-Kbir fejn ġibdu filmati tad-dgħajsa dieħla fil-Port. Il-Pulizija stqarr li George Degiorgio kien filfatt qed isuq din id-dgħajsa.

Min-naħa tiegħu l-ispettur Keith Arnaud, ippreżenta lill-Qorti id-dettalji kollha tat-telefonati li saru mit-tliet irġiel. Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lill-Pulizija mill-kumpaniji li provdew is-servizz telefoniku lill-mowbajls tal-irġiel.

Kien għalekk li l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li bl-evidenza li hemm tista’ tpoġġi lit-tliet irġiel taħt att t’akkuża.

Il-każ ġie diferit għall-1 ta’ Frar tas-sena l-ġdida madankollu l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jista’ jiddeċiedi li joħroġ l-att t’akkuża qabel.

_________________________________________________________________________________

11:00 – Wara r-rikors tal-bieraħ il-Qorti ddeċidiet li l-aħwa Degiorgio għandhom jitpoġġew f’diviżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jintegraw ma’ priġunieri oħra.

10:56 – Bl-evidenza li ġiet ippreżentata lill-Qorti, il-Maġistrat qegħdet lit-tliet irġiel taħt att t’akkuża. Ftit tal-ħin wara huma inħarġu mill-awla skortati mill-uffiċjali tal-SRT. Il-kawża ġiet diferita għall-1 ta’ Frar.

10:53 – Keith Arnaud ppreżenta il-call logs tat-tliet irġiel hekk kif ġew pprovduti lill-Pulizija mis-service providers tal-irġiel. Ġew ippreżentati wkoll diversi ritratti tal-post tar-reat u tal-apparat li nstabet fuq il-post.

10:45 – Permezz ta’ tfittxija ġewwa Audi A4 ta’ George Degiorgio, ġew elevati 4 USB sticks u router. Il-karozzi niżlu fid-dipartiment tas-CID u ġew ssiġillati. L-irġiel għażlu li ma jiffirmawx għal dan id-depożitu.

Mid-dar ta’ George Degiorgio inġabru laptop, GPS, modem u multimeter. Saret tfittxija ġo Toyota Passo fejn ġie elevat envelope ta’ kumpanija ta’ karozza tal-kiri.

10:41 – Inġabar xi footage minn cameras fil-Port il-Kbir. Fit-23 ta Novembru żewġ pulizija tas-CID marru jiġbdu filmati mill-Port fejn kien hemm dgħajsa suspettuża Worldcraft Martinique bl-isem Maya. Din kienet qed tinstaq minn George Degiorgio.

10:38 – Pulizija tas-CID daru l-akwati tal-Bidnija sabiex jaraw jekk isibux xi CCTVs. Iltaqgħu ma’ resident fejn ta xi dettalji ta’ karozza suspettuża li kienet fl-akwati. Spjega kif dakinhar tal-isplużjoni kienet preżenti fin-naħa tat-Tarġa Battery fejn mill-post ġew elevati xi oġġetti.

Wara l-isplużjoni din il-karozza ma dehritx aktar. Is-sid tal-kumpanija li kriet il-karozza qal lill-Pulizija li fix-xhur ta’ qabel, il-karozza kienet ittieħdet għand sprayer u mechanic minħabba xi ħsarat.

10:31 – Minn xhieda ta’ PC512, jidher li sar stħarriġ fost il-bdiewa tal-akwati iżda ħadd ma rrapporta li ra xi ħaġa suspettuża dakinhar jew fil-jiem ta’ qabel ir-reat. Waqt tfittxija ġewwa r-residenza ta’ Alfred Degiorgio f’San Pawl il-Baħar instabu kważi €5000 moħbija wara inkwatru.

10:16 – Surġent 264 tela’ fuq il-pedana tax-xhieda fejn qiegħed jispjega x’sab fuq il-post dakinhar tad-delitt. Spjega li dakinhar tkellmu ma’ iben DCG fejn spjegalhom li fil-ġurnata ta’ qabel ħalla l-karozza it-Trade Fair Grounds u wara pproċeda għal Ta’ Sliema. F’dawn il-ħinijiet il-karozza tħalliet waħedha.

10:12 – It-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia daħlu fl-awla akkumpanjati minn diversi uffiċjali tal-SRT.

09:57 – Fl-awla bdew jinġabru numru ta’ ġurnalisti fejn fi ftit minuti oħra mistennija tibda t-tielet ġurnata tal-kumpilazzjoni. Waslu wkoll l-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, li qed jidhru bħala parte civile għall-familja Caruana Galzia.

Raġel l-isptar wara ħabta f’Tal-Barrani

Raġel ddaħħal l-isptar għall-kura wara li tilef. Il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’arblu fi triq tal-Barrani fiż-Żejtun.

Konsegwenza ta’ dan l-inċident l-arblu inqasamu waqa’ fuq in-naħa l-oħra tat-triq. B’xorti tajba dan ma laqat l-ebda vettura oħra.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza b’tim mediku. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Fuq il-post issejjħu membri tal-Enemalta sabiex ineħħu kull periklu li nħoloq kawża tal-ħsarat fuq l-arblu. Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa wkoll sabiex ineħħu ż-żejt li nfirex tul il-triq.

 

Għajnuna lill-għaqdiet mhux governattivi li jieħdu ħsieb il-ħarsien tal-annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri dalgħodu qassam fondi lill-għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet mingħajr profitt, li 
jtejbu l-ħarsien tal-annimalibħala rikonoxximent tal-isforz u l-kontribuzzjoni valida u effettiva li jagħmlu fis-settur. Dawn jinkludu s-santwarji tal-annimali, organizzazzjonijiet li jippromwovu t-trobbija responsabbli tal-annimali u jrawmu kuxjenza dwar l-annimali, kif ukoll gruppi li jipprovdu servizzi ta’ appoġġ għall-annimali. 

Aqra aktar

Ir-Ramla l-Ħamra kklassifikata fost l-isbaħ bajjiet ħomor fid-dinja

Il-Bajja tar-Ramla ġewwa Għawdex intagħżlet fost is-seba l-isbaħ xtajtiet b’ramel aħmar fid-dinja mill-magazine Amerikan Travel and Leisure. L-Awtorita Maltija għat-Turiżmu esprimiet sodisfazzjon għal din in-nomina, partikolarment għall-fatt li saret f’pubblikazzjoni dwar l-ivvjaġġar daqstant 
prestiġjuża u influwenti. 

Aqra aktar

Send this to a friend