Kyle Mifsud | One News - Part 52

Kyle Mifsud

Notifiki

IT-TRITONI SETGĦU ĦARBU

Pjazza Tritoni tinsab fuq fomm kulħadd b’mod partikolari minħabba r-restawr estensiv li sar fuq il-funtana u l-figuri tat-Tritoni. Iżda ftit iktar minn seba’ snin ilu l-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi u Austin Gatt ried ineħħi l-funtana tat-Tritoni minn fejn hi llum. Dan fi proġett li fost oħrajn riedu jinkludu fih parkeġġ għall-Membri Parlamentari.Aqra aktar

Emma Muscat tgħaddi għal fażi oħra t’Amici

Il-kantanta Maltija Emma Muscat għaddiet għal fażi oħra tal-kompetizzjoni Amici fl-Italja.

Muscat għaddiet wara li tat interpretazzjoni eċċellenti tal-kanzunetta Fast Car ta’ Tracy Chapman. Fil-programm li ntwera bieraħ il-pubbliku semma leħnu permezz tat-televoting. Il-Maltin ukoll kellhom l-opportunità li jivvutaw permezz tal-internet.Aqra aktar

Inawgurat boutique hotel f’Ta’ Sannat

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi inawguraw uffiċjalment il-Quaint Boutique Hotel li tinsab fir-raħal pittoresk Ta’ Sannat. Din hi lukanda oħra fil-katina ta’ lukandi li Quaint Boutique Hotels qed jiftħu fil-pjazez ewlenin f’Għawdex. Il-lukanda f’ Ta’ Sannat tinkludi 13-il kamra waqt li komplessivament din il-katina ta’ proġetti se tkun qed iżżid 47-il akkomodazzjoni ġdida f’Għawdex. Apparti dan hemm il-ħsieb ukoll li fil-futur jiżdiedu 4 lukandi oħra simili.Aqra aktar

Ikomplu x-xogħlijiet fi Triq Manwel Dimech

Matul il-jum tal-Ħadd komplew ix-xogħlijiet fi Triq Manoel Dimech f’Ħal Qormi. Kawża t’hekk din it-triq se tkun magħluqa bejn il-ħinijiet tas-sitta ta’ filgħodu sas-sebgħa ta’ filgħaxija.

Din kienet triq oħra li rat investiment mill-Gvern Ċentrali fejn saru xogħlijiet infrastrutturali kbar fejn twessgħet biex tkun tista takkomoda aktar karozzi bil-għan li  jitnaqqas it-traffiku fiż-żona.

Dejjem jekk it-temp jippermetti ix-xogħol  ta’ żebgħa tal-linji tat-traffiku jinżebgħu bejn it-Tnejn 15 u l-Erbgħa 17 ta’ Jannar 2018. Ix-xogħol kollu ta’ żebgħa ser isir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-7pm u l-5am.

Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg fi status fuq Facebook irringrazzja lill-ħaddiema kollha u fakkar li x-xogħlijiet qed isiru matul il-lejl sabiex jitnaqqsu l-inkonvenjenti lis-sewwieqa.

TAW L-GĦAJNUNA MINKEJJA LI NDARBU FL-INĊIDENT

Nhar it-tnax ta’ Awwissu, kmieni filgħodu incident tat-traffiku li ħalla żewġ persuni mejta u ħamsa oħra midruba gravi. L-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji li ma kienx għall-intervent f’waqtu minn żewġ membri tal-ekwipaġġ li kien hemm fuq ambulanza li kienet involuta f’ħabta frontali ma’ karozza li tilfet il-kontroll u spiċċat fil-karreġġata opposta.

Aqra aktar

FILMAT: l-aħħar irtokki qabel l-inawgurazzjoni tal-proġett tar-restawr tal-Funtana tat-Tritoni

Mibnija fis-snin ħamsin iżda qatt inawgurata, il-funtana tat-Tritoni saret sinonima mad-daħla tal-Belt Valletta u l-venda l-antika tal-karozzi tal-linja.

Tul is-snin il-funtana żviluppawlha bosta ħsarat, b’mod partikolari fl-elf disa mija tmienja u sebgħin wara li l-plattin ta’ fuq iċċaqlaq minn postu u nqasam.

One News tkellem mar-restawratur tal-bronż Kenneth Cauchi, u l-Project Manager Joseph Scicluna li kkordinaw x-xogħol ta’ restawr.

Fl-isfond tad-dehra l-ġdida tagħha, sjegalna l-isfidi li ltaqgħu magħhom tul ix-xogħol li sar fuq il-bronż kemm f’Malta kif ukoll ġewwa funderija f’Firenze u Vicenza.

Cauchi qal li“Mill-att ta’ bronż iżżarma kollu, tneħħa il-konkos kollu li kien hemm ġol-istatwi u sar qafas ġdid biex jerfa’ l-plattin hu”Aqra aktar

Send this to a friend