Kyle Mifsud | One News - Part 51

Kyle Mifsud

Notifiki

Il-bdoti tal-Air Malta b’azzjonijiet industrijali

Il-bdoti tal-Air Malta qablu favur azzjonijiet industrijali wara li allegatament membru tagħha ġie mhedded wara li rrifjuta jagħti informazzjoni lill-uffiċjal għoli tal-kumpanija aktar kmieni din il-ġimgħa. l Alpa ordnat lill-membri kollha taghha sabiex ma jassistu bl-ebda mod fl-operat tal-kumpanija l-ġdida, Malta Air Travel Services.Aqra aktar

BIR-RITRATTI: Ġlieda kbira fl-Imsida

Grupp kbir ta’ persuni barranin spiċċaw fl-idejn fl-Imsida. Il-ġlieda għaddeja bħalissa fi Triq Antonio Bosio fl-Imsida, bdiet għal ħabta tal-18,00.

Fuq il-post hemm għadd ta’ Pulizija tad-distrett flimkien ma’ membri tal-RIU biex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Sorsi fuq il-post tal-inċident qalu lil one.com.mt li l-pulizija arrestat numru ta’ persuni involuti fil-ġlieda.

Aktar dettalji kif jaslulna

Il-Mument b’falza stikka

Il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, Il-Mument, dalgħodu kellu falza stikka hekk kif fl-edizzjoni tal-Ħadd qalu li d-Deputat Manuel Mallia huwa Ministru.

Madankollu dan il-ġurnal donnu nesa li Mallia ilu ma jokkupa din il-kariga sa mill-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda.

BIL-FILMAT: Jinqabad fil-karozza wara inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Żewġ sewwieqa u tifla jgħodduha b’waħda wara ħabta frontali bejn żewġ karozzi fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ.  Il-każ seħħ kmieni l-Ħadd wara nofsinhar għall-ħabta tas-12:40 meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn Isuzu Dmax griż misjuq minn Żebbuġi ta’ 25 sena u Renault Megane ħamra misjuqa minn mara ta’ 45 sena miż-Żurrieq. Flimkien mal-mara fil-karozza kien hemm ukoll tifla.

Xhieda fuq il-post qalu lill-ONE NEWS li ż-żagħżugħ li kien ġej minn Ħaż-Żebbuġ u tiela lejn id-direzzjoni tas-Siggiewi kellu jieqaf  ħalli jċedi lill-karozzi li kienu ġejjin mid-direzzjoni opposta minhabba li fl-imsemija karrġġjata seħħet habta oħra. Kien hawnhekk li għal xi raġuni il-mara baqgħet dieħla ġol-Isuzu taż-żagħżugħ li fil-ħin li seħħ il-każ dan kien għadu wieqaf.

Fuq il-post marru membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b’tim mediku flimkien maż-żewġ tobba tal-Emerġenza, Dr Michael Spiteri u Dr Jonathan Joslin sabiex jassistu lill-vittmi madanakollu l-għajnuna medika ġiet irrifjutata.

 

Diskors ta’ kap mhux kredibbli – Partit Laburista

Fi stqarrjia il-Partit Laburista qal li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni dalgħodu ma kien xejn għajr diskors negattiv mibni fuq il-qerq u li njora temi ta’ importanza nazzjonali bħal l-Air Malta, minkejja li wieħed jistenna minn min irid ikun gvern alternattiv li jagħmel ċari l-ħsibijiet tiegħu.Aqra aktar

Għeluq żmien l-FŻL

L-14 ta’ Jannar 2018 jimmarka is-67 sena mit-twaqqif tal-FŻL – Forum Żgħażagħ Laburisti. Is-sabiħ ta’ din l-għaqda mhux ġej biss mill-fatt li għadha b’saħħitha u relevanti sal-ġurnata tal-lum, iżda għaliex għandha storja rikka li tmur lura kważi 70 sena.

Il-forum Żagħżagħ Laburisti dejjem żammet maż-żmien iżda baqgħet katalista tal-bidla.

Aqra aktar

L-2018 se tkun sena ta’ suċċess – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, tenna li s-sena 2018 se terġa’ tkun sena ta’ suċċess. Fisser kif il-gvern beda s-sena mimli enerġija bis-saħħa li ta tmiem is-sena li għaddiet.

“In-nies ħassew is-saħħa tal-ekonomija fi bwiethom u fid-deċiżjonijiet li ħadu. Ħassew is-saħħa fil-konsum u l-ġid li hawn madwarna,” qal Joseph Muscat li għamilha ċara li dan ma jfissirx li dan il-gvern wasal. “Ilni nisma’ hekk ħames snin. Kull darba li niksbu suċċessi ġodda jkun hemm min jgħidlek din ta’ darba u ma tistax tasal iktar. Minflok kull darba jirnexxielna mmorru pass iktar ‘il quddiem,” qal Joseph Muscat.Aqra aktar

Send this to a friend