Kyle Mifsud | One News - Part 50

Kyle Mifsud

Notifiki

Il-Qorti tilqa’ t-talba tal-Air Malta

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-kumpanija Air Malta għall-mandat ta’ inibizzjoni bil-għan li jwaqqaf lill-Union tal-Bdoti (ALPA) milli jordnaw strajk. Strajt li possibilment seta’ jwaqqaf is-servizzi tal-linja tal-ajru nazzjonali. L-azzjoni industrijali ġiet ordnata il-bieraħ wara nofsinhar wara li l-bdoti qablu ma azzjonijiet industrijali fl-Air Malta.Aqra aktar

Adrian Delia jagħmel żball oħxon dwar l-impiegi f’Għawdex

 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qed jibqa’ jiżbalja fatti bażiċi meta jmur jitkellem quddiem in-nies. Fid-diskors tiegħu f’Għawdex, Delia ilbieraħ qal li 60% tal-impjiegi f’Għawdex huma mas-settur pubbliku.

“L-istatistika li smajt hija tal- biża’ u tat-tkexkix. 60% tax-xogħol Għawdxi huwa mal-gvern,” qal Adrian Delia. Peró l-istatistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika turi preċiżament il-kuntrarju. Skond l-NSO 61% tax-xogħol Għawdxi huwa mal-privat kif turi t-tabella mill-istatistika tal-NSO.

Tal-biża’ u tat-tkexkix hu  li l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma fehemx ir-responsabbiltà li jġorr u jibqa’ jitkellem mingħajr ma jiċċekja l-fatti. Iktar minn hekk wieħed jinnota li kemm il-persentaġġ kif ukoll l-ammont ta’  Għawdxin jaħdmu mal-privat żdied matul din l-amministrazzjoni. Fil-fatt jirriżulta li n-numru ta’ 5,799 Għawdxi jaħdem mal-privat fl-2012 issa tela’ għal 7,043 fl-2016, is-sena li għaliha hemm ippubblikata l-istatistika b’mod sħiħ.

Dan ifisser li kull ġimgħa matul il-leġiżlatura li għaddiet kien hemm żieda ta’ sitt persuni Għawdxin jaħdmu mal-privat. Dan sforz tad-diversi inizjattivi li ħa l-gvern immexxi minn Joseph Muscat u li se jissoktaw din is-sena b’għadd ta’ miżuri li tħabbru fil-Baġit 2018.

Adrian Delia għandu jibda jiċċekja l-fatti qabel jitkellem. Għandu jifhem li daħal fid-dinja tal-politika fejn ma titkellimx bl-addoċċ imma titkellem wara li tifli l-fatti bir-reqqa u tipprepara.

 

Jitlesta r-restawr tal-faċċata tal-Kon Katidral

Dalgħodu ġie inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Dan sar wara 4 snin ta’ ħidma u b’investiment ta’ €660,000.

Fl-inawgurazzjoni tkellmu l-Ministru Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u c-Chairman ta V18 Jason Micallef li wkolll laqaw it-tmiem ta’ dan il-proġett propju fil-ġimgħa li fiha ser jingħata bidu għall-festi tal-Valletta 2018.Aqra aktar

ARA: CBS News jirrakkomandaw lil Malta

Il-kamra tal-aħbarijiet Amerikana CBS News irrakommandat lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi li għandek iżżur fis-sena 2018. CBS apprezzaw ukoll il-fatt li l-Belt Kapitali hija rikonnoxuta bħala wirt dinji mill-UNESCO.

Dan segwa rakommandazzjonijiet minn uħud mill-akbar kmamar tal-aħbarijiet Ameikani fosthom CNN u l-Assosciated Press AP.
Aqra aktar

L-Eġizzjan misjub mejjet kien instab ħati li jixħet l-aċitu fuq wiċċ martu jekk tibgħathom il-lezzjonijiet tar-Reliġjon

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ Walid Salah Abdel Motaleb Mohammed, Eġizzjan ta’ 42 sena li kmieni dalgħodu nstab mejjet f’għadira demm fl-Għarb Għawdex.

Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart li l-Pulizija ġiet mgħarrfa minn sid ta’ razzett li kien hemm raġel mejjet fl-għalqa tiegħu fl-inħawi tal-kappella ta’ San Dimitri.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulizija qalu li r-raġel li hu magħruf mal-Pulizija allegatament inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar. Qalu li maġenb il-vittam nstabu għadd ta’ skrataċ.

One News jinsab informat li l-vittma ġie identifikat minn omm uliedu fuq ix-xena tad-delitt.

Dan jinsab informat li l-vittma għandu każ pendenti l-Qorti dwar traffikar tad-droga.

Sentejn ilu huwa ġie kkundannat ħames xhur ħabs wara li nstab ħati li hedded lis-sieħba tiegħu Christiana Vella li jixħtilha l-aċitu f’wiċċha jekk tħalli lit-tfal jattendi għal-lezzjonijiet tar-reliġjon fl-iskola primarja li jattendu.

Il-każ imur lura għall-bidu ta’ Diċembru tal-2015 meta l-Eġizzjan kien f’bar ix-Xewkija u deher jitlewwem ma’ Vella tant li kkaġunalha feriti ħfief u kissrilha n-nuċċali.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini.

Ritratti: CVC

 

Għexieren jindarbu wara li ċeda saqaf

Għexieren indarbu wara li waqa’ saqaf ta’ Stock Exchange ġewwa Jakarta, l-Indonesja. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:30 ħin lokali wara li għal xi raġuni sfronda s-saqaf tat-tieni sular tal-binja. Fuq il-post marru numru kbir ta’ ambulanzi u membri tas-salvataġġ fejn ħarġu lin-nies minn qalb it-tifrik.

Il-kawża tal-kollass tas-saqaf għadha mhux magħrufa.

Żewġ bombi suwiċida jħallu 35 persuna mejta

Minn tal-inqas ħamsa u tletin persuna inqatlu f’żewġ bombi suwiċida fil-kapitali tal-Iraq. Dan kien it-tieni attack f’Baghdad fi żmien tlett ijiem. Għexieren oħra sfaw feruti fl-attakk li seħħ fi Pjazza Tayaran fiċ-ċentru tal-belt.

Il-post fejn seħħ l-attakk fil-jum tat-Tnejn huwa pjazza bieżla fejn ħafna ħaddiema tal-kostruzzjoni jinpabru biex ifittxu x-xogħol. Il-Ministeru tal-Iraq tal-Intern qal li n-numru ta’ nies mejta mistenni jikber hekk kif qed jirkupraw iktar katavri.Aqra aktar

L-Air Malta titlob mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Alpa

L-Air Malta talbet li tinfetaħ il-Qorti b’urġenza sabiex ġie ppreżentat mandat ta’ inibizjoni kontra l-Airline Pilots Association Malta (ALPA) u mandat ieħor kontra l-membri tal-kumitat tal-istess union. Dan sar wara li aktar kmieni din il-ġimgħa nqala’ diżgwit bejn iċ-Chief Officer Flight Operations u l-Publications Officer tal-Air Malta. Id-diżgwit seħħ wara li dan tal-aħħar irrifjuta li jgħaddi dokumenti (flight manuals) liċ-Chief Officer wara li dan kien ilu tlett ijiem jgħidlu li se jgħaddihomlu.Aqra aktar

Send this to a friend