Kyle Mifsud | One News - Part 49

Kyle Mifsud

Notifiki

Aġġornat: Mietet il-kantanta ta’ The Cranberries

Mietet il-kantanta tal-grupp The Cranberries, Dolores O’Riordan fl-eta ta 47 sena.

O’Riordan mietet Londra waqt li kienet qed tivjaġġa fuq xogħol. Is-sena l-oħra l-band kellhom kkanċellaw numru ta’ kunċerti minħabba l-istat ta’ saħħa ta’ O’Riordan.

Fi stqarrija, l-familja tagħha talbet għall-privatezza f’dan il-mument tant delikat.

Zombie kienet waħda l-aktar diski  popolari tal-grupp The Cranberries.

Il-mewt tal-kantanta tal-Cranberries, Dolores O’Riordan mhux qed tkun meqjusa bħala waħda suspettuża.  Il-pulizija kkonfermaw ukoll li qed isir rapport sabiex ikun investigat x’kienu l-kawżiet li waslu għall-mewt ta’ O’Riordan.

Il-mużiċista Irlandiża, mietet ħabta u sabta f’Londra fl-eta’ ta’ sitta u erbgħin sena. L-aktar kanzunetti li kisbu suċċess internazzjonali fid-disgħinijiet kienu Linger u Zombie.

 

Titlef il-kontroll tal-karozza fil-Marsa

Mara ġarrbet xi ġrieħi wara inċident tat-traffiku fit-triq biswit iċ-cimiterju tal-Addolorata fil-Marsa. Għal xi raġuri karozza tat-tip Starlet li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ Ħal-Tarxien tilfel il-kontroll bil-konsegwenza l-karozza rikbet il-bankina u baqgħed dieħla f’ħajt mal-ġenb tat-triq.

Fuqil-post marru numru ta’ Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku kif ukoll ambulanza b’tim mediku fejn trattaw il-mara għax-xokk li sofriet.

arrow pharm

Ħadd mhu se jitlef xogħlu

Fi stqarrija l-Gvern qal li l-impjegati kollha li twaqqfilhom il-kuntratt mill-kumpanija Arrow Pharm ġew impjegati mill-kumpanija l-ġdida li xtrat partijiet mill-Arrow-Pharm ġewwa Ħal Far.

Dan sar b’reazzjoni għal rapporti qarrieqa maħruġa mill-media tal-Partit Nazzjonalista dwar sensji mill-kumpanija Arrow Pharm il-Gvern spjega li din il-kumpanija għaddejja minn proċess ta ristrutturar u li l-ebda impjegat m’hu se jitlef xogħlu.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Delia mitlub jirregola ruħu dwar in-nomina ta’ Janice Chetcuti

Fuq parir tal-Avukat Ġenerali, l-Gvern ta’ Malta aċċetta n-nomina ta’ John rizzo fil-Kumitat ta’ Kontra l-Korruzzjoni madankollu in-nomina ta’ Janice Chetcuti bħala rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista fil-bord tal-Awtorita tar-riżorsi ġiet rifjutata minħabba li Chetcuti hija membru eletta f’Kunsill Lokali taħt il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Il-PN f’paniku wara li ħalla Kunsill jitfarrak – Partit Laburista

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-mandat li għamel il-Partit Nazzjonalista biex iwaqqaf laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar skedata għal-lejla ikompli mas-sensiela ta’ deċiżjonijiet żbaljati li waslu biex dan il-Kunsill spiċċa fl-istat li qiegħed illum.

Filwaqt li l-Qorti għandha titħalla tieħu d-deċiżjonijiet tagħha wieħed ma jistax ma jinnotax l-paniku tal-PN wara li ħalla l-Kunsill Lokali jitfarrak u ma kienx kapaċi jżomm it-tim tiegħu magħqud temmet tgħid l-istqarrija.

Il-Qorti tilqa’ t-talba tal-Air Malta

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-kumpanija Air Malta għall-mandat ta’ inibizzjoni bil-għan li jwaqqaf lill-Union tal-Bdoti (ALPA) milli jordnaw strajk. Strajt li possibilment seta’ jwaqqaf is-servizzi tal-linja tal-ajru nazzjonali. L-azzjoni industrijali ġiet ordnata il-bieraħ wara nofsinhar wara li l-bdoti qablu ma azzjonijiet industrijali fl-Air Malta.Aqra aktar

Send this to a friend