Kyle Mifsud | One News - Part 4

Kyle Mifsud

Notifiki

Xufier imut wara ħabta head-on bejn żewġ taxis f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Safi tilef ħajtu wara li matul il-lejl kien involut f’ħabta head on bejn żewġ taxis f’San Pawl il-Baħar .

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-00:15 tas-Sibt filgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Fl-istess inċident, raġel ta’ 59 sena miż-Żejtun li kien qed isuq it-taxi l-oħra jinsab ukoll fil-periklu tal-mewt. F’din it-taxi kien hemm 4 passiġġieri oħra kollha barranin iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Kawża tal-impatt qawwi bejn iż-żewġ vetturi waħda mill-karozzi spiċċat taret għal diversi metri fuq bankina. Il-persuni kollha nħarġu mill-vetturi wara ħidma minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u numru kbir ta’ timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm saru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija mmexxija mis-Supretendent Walter Spiteri u mill-Ispettur Pierre Guido Saliba. Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali.

Filmati: Neil Azzopardi Ferriggi

ARA: Missier mitluf u iben imut wara li nkaljat skuna

Dak li kellu jkun lejl ta’ sajd għal familja ta’ sajjieda inbidel f’wieħed traġiku wara li l-iskuna li kienu fuqha inkaljat ma’ sikka fiż-Żonqor f’Wied il-Għajn.

Kawża tal-inċident tilef ħajtu żagħżugħ li kien fuq id-dgħajsa ma’ missieru li sfortunatament għadu mitluf. Iż-żewġ aħwa l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.

Aqra aktar

Ta’ 16-il sena issa se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni tal-lokalitajiet tagħhom

F’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, l-Gvern nieda uffiċċjalment ir-riforma tal-Gvern Lokali li se tagħti nifs ġdid lill-Kunsilli.

Permezz ta’ din ir-riforma li kienet frott sena u nofs ta’ ħidma u konsultazzjonijiet mal-partijiet kkonċernati, l-Kunsilli, li issa bdew jissejħu Gvernijiet Lokali se jkollhom aktar awtonomija f’ħidmiethom.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt wara li nqabdet bejn trakk u ħajt

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqabdet bejn trakk u ħajt fi Triq San Pawl f’Marsalforn.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:30 tal-Ġimgħa waranofsinhar meta għal xi raġuni trakk tat-tip Iveco li kien ipparkjat iċċaqlaq waħdu u rass lill-mara li kienet miexja fuq bankina ma’ ħajt.

Ambulanza ħadet lill-mara l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.

Il-PM itenni l-impenn tal-Gvern għal trasport pubbliku bla ħlas għal kulħadd

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-impenn tal-Gvern biex fis-snin li ġejjin it-trasport pubbliku f’pajjiżna jsir b’xejn għal kulħadd.

Dr Muscat qal dan waqt simposju mtella’ mill-Forum Ewropew għar-Riċerka u l-Edukazzjoni tal-Allerġija u Mard Respiratorju, EUROFEA dwar il-mard respiratorju u sistemi tas-saħħa diġitali fil-Parlament.

Aqra aktar

280 investigazzjoni ġdida dwar xogħol irregolari

Id-Dipartiment  tax-Xogħol fetaħ mitejn u tmenin investigazzjoni fil-konfront ta’ persuni li kienu qed iħaddmu persuni b’mod irregolari.

Dan tħabbar waqt konferenza stampa indirizzata mill-Ministru Helena Dalli li spjegat li s-sena l-oħra, il-persuni fis-suq tax-xogħol f’pajjiżna telgħu għal 240,000 ħaddiem.

Din iż-żieda kienet grazzi għal numru ta’ miżuri li daħħal il-Gvern fosthom iċ-child care b’xejn, l-in-work benefit u l-fond tal-leave tal-Maternita.

Minkejja li d-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li n-nisa f’pajjiżna jinsabu fl-agħar żmien tagħhom, statistika tal-NSO u l-Eurostat juru wkoll li bħalissa għandna l-akbar numru ta’ nisa fis-suq tax-xogħol, b’żieda t’aktar minn 33,000 mara taħdem mill-2012 ‘l hawn.

Dwar id-differenza fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel, il-Ministru Dalli spjegat kif dan żdied minħabba li daħlu aktar nisa fis-suq tax-xogħol.

Hijs spjegat li l-Gvern se jdaħħal mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu identifikati d-diskrepanzi fil-pagi waqt li nindirizzaw l-ostakli li qed jimminaw il-progress tal-mara fis-suq tax-xogħol.

Qalet ukoll li l-Gvern qed iħares lejn l-introduzzjoni ta’ liġi li tiggarantixxi li kull bord jinkludi 40% tas-sess l-inqas rappreżentat.

Il-konferenza stampa ttellgħet mill-istabbiliment Heritage Homes li jinsab fil-villaġġ tas-snajjà f’Ta’ Qali. Ftit tax-xhur ilu dan in-negozju tal-familja rebaħ il-premju tal-aqwa impjegat minħabba l-kundizzjonijiet favorevoli tax-xogħol li fihom iħaddem lill-ħaddiema tiegħu li 41% tagħhom huma nisa.

Bħalissa, dan in-negozju qed jespandi l-operat tiegħu fejn qed jibni fabbrika u stabbiliment ġdid sabiex ikompli jtejjeb l-esperjenza tal-eluf ta’ persuni li kull sena jżuru dan il-kumpless.

 

Ikkonfiskat ammont kbir ta’ ħut f’Ħaż Żabbar

Operazzjoni kkordinata minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd, bl-involviment tad-Direttorat tal-Regolazzjoni Veterinarja u d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali wasslet sabiex jiġu konfiskati numru sostanzjali ta’ ħut u tonn minn stabbiliment fiż-żona industrijali ta’ Maġġi, f’Ħaż-Żabbar.

Il-valur ta’ dan il-ħut u tonn jista’ jlaħħaq l-eluf ta’ ewro fis-suq. L-investigazzjoni wasslet sabiex ġew identifikati ħut u tonn li kellhom nuqqas ta’ traċċabilità, dikjarazzjonijiet foloz, u li parti minn dan il-ħut instab f’kamra mhux dikjarata skont il-parametri tal-liġijiet.

Il-ħut u t-tonn misjub ġie ssiġillat u kkonfiskat

€5 Miljun għar-riġenerazzjoni ta’ Wied il-Qlejgħa

Wara għexieren ta’ snin ta’ telqa Wied il-Qlejgħa magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes se jkun qed jiġi rrigenerat. F’dan il-proġett se jkun qed isir xogħol sensittiv li se jippriserva l-ekoloġija tal-wied. Dan ix-xogħol jinkludi fih it-tneħħija ta’ pjanti u speċi invasivi u terġa tiġi introdotta veġetazzjoni tipika tal-widien Maltin.

Il-proġett se jaħseb ukoll għat-tiswija tal-ġwiebi tal-ilma. Bħalissa dawn il-ġwiebi li jagħmlu parti mit-tieni l-akbar catchment tal-ilma madwar il-gżejjer Maltin se jkunu qed jitneħħew minnhom depożiti ta’ ħamrija li nġabru fihom tul is-snin. Permezz tal-proġett wieħed se jkun jista jimxi tul tal-wied mingħajr ma jikkawża l-ebda ħsara fil-wied. Mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lejn l-ekoloġija tal-wied se jkunu introdotti passaġġi li huma aċċessibbli għal kulħadd.

Ġie spjegat kif Il-wied irid jerġa jiġi fl-istat naturali tiegħu. Il-Ministru għall-Enerġija u Ilma Joe Mizzi spjega li dan Mhux proġett ta darba iżda proġett li se jkompli jirrijabilita l-post. Waqt l-interventi partijiet mill-wied se jkunu qed jingħalqu għall-pubbliku minħabba l-aspetti ta’ saħħa u sigurta.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia spjega li dan il-proġett se jiswa 5 miljun ewro mill-fondi Ewropej. Spjega li dan il-proġett se jkun qed jitgawda minn kulħadd. Qal ukoll li il-manutenzjoni ta’ dan il-post se tkun possibbli grazzi għal fondi oħra Ewropej.

Dan il-proġett mistenni jitlesta fi żmien sentejn madankollu l-livelli tal-ilma u staġun tax-xita jista’ jtawwal jew iqassar il-proċess minħabba li r-riġenerazzjoni trid issir meta l-wied ikun vojt.

Send this to a friend