Kyle Mifsud – Page 3 – One News

Kyle Mifsud

Notifiki

ARA: Il-mument xħin ajruplan tal-passiġġieri ntlaqat minn missila

Diversi filmati miġbuda minn madwar Tehran l-Iran qed juru dak li tidher bħala missila tolqot l-ajruplan tat-tip Boeing 737 tal-linja Nazzjonali Ukrena. Tard il-Ħamis filgħaxija uffiċċjali tal-qawwiet Amerikani vverifikaw dawn il-filmati li bdew jiċċirkolaw ferm fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali. Il-President Amerikan ġie kkwotat jgħid li dan l-ajruplan intlaqat bi żball minn missila sparata mill-Armata Iranjana bħala ritaljazzjoni għall-attakk ta’ Donald Trump li permezz tiegħu nqatel il-Ġeneral Qassem Soleimani. Aqra aktar

L-Istati Uniti fiduċjuża li l-ajruplan Ukren twaqqa’ bi żball mill-Iran

Uffiċċjali tal-Gvern u s-servizzi tal-intelliġenza Amerikani jinsbau kunfidenti li l-ajruplan tal-passiġġieri Ukren li ġġarraf jumejn ilu ntlaqat bi żball minn missila Iranjana. Uffiċjal Amerikan ġie kkwotat jgħid li s-satelliti tad-difiża Amerikani mmarkaw żewġ missili ftit tal-mumenti qabel waqa’ l-ajruplan ‘l barra mill-ajruport ta’ Tehran fl-Iran.

Aqra aktar

“Qatt ma kellna ndħil fl-investigazzjonijiet” – Eks Kummissarji

L-ex Kummissarji tal-Pulizija Peter Paul Zammit u Michael Cassar sostnew li qatt ma kellhom indħil mill-Gvern fl-investigazzjonijiet tagħhom. Huma xehdu dan fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta tal-Ħamis, l-ewwel ma xehed kien l-eks Kummissarju Peter Paul Zammit sostna li ma bidel xejn minn dak li ħalla John Rizzo b’rabta mas-sigurtá ta’ Caruana Galizia. Qal li minn stħarriġ li għamel sab li dak iż-żmien Caruana Galizia kellha biss rondi frekwenti.

Aqra aktar

Malta bir-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Malta għandha r-raba l-anqas rata ta’ qagħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn statistika tal-Eurostat li wriet li r-rata ta’ Malta hija n-nofs tal-medja Ewropea.

Meta kkumparat mal-istess xahar is-sena ta’ qabel, ir-rata ta’ qagħad naqset b’punt wieħed fil-mija. Dan minkejja li pajjiżna diġà kellu l-anqas rata ta’ qagħad qatt rreġistrata.

Aqra aktar

BREAKING: L-Iran tirtira mill-ftehim dwar il-produzzjoni tal-materjal nukleari

Tard il-Ħadd filgħaxija l-Iran ħabbret li rtirat mill-ftehim tal-2015 dwar l-armi nukleari. Dan ifisser li issa l-Iran mhux se tibqa’ tillimita l-ħażna tagħha tal-Uranju.

Dan seħħ f’ġurnata li matulha, mijiet t’eluf ta’ Iranjani ħarġu fit-toroq sabiex juru r-rispett tagħhom lill-eks Ġemeral Qassim Soleimani li nqatel il-Ġimgħa filogħdu f’attakk mill-qawwiet tal-ajru Amerikani hekk kif il-konvoj tiegħu ħareġ mill-ajruport ta’ Baghdad fl-Iraq.

Aqra aktar

“Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ DCG wara l-arrest ta’ erba’ persuni”

Fi 3 snin ta’ investiment bla preċedent f’diversi taqsimiet fil-Korp tal-Pulizija s-sezzjoni tar-reati ekonomiċi rduppjat l-uffiċjali fi ħdanha.

Dan stqarru l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fejn fakkar li meta huwa laħaq Kummissarju 3 snin ilu, sab lil din l-iskwarda importanti, kellha biss 6 uffiċjali tal-Pulizija.

Aqra aktar

Ta’ Delia ma jitfaċċawx għall-protesta organizzata min-nies ta’ Busuttil

L-esponenti tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia reġgħu ma resqux għall-protesta organizzata minn nies li ġejjin mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

Filfatt, għal l-ewwel protesta tas-sena elfejn u għoxrin jakkumpanjaw lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien hemm d-deputati Karol Aquilina, Jason Azzopardi, David Casa, Therese Comodini Cachia, Beppe Fenech Adami u Mario Demarco.

Aqra aktar

Ħidma tal-Pulizija tad-Distrett tal-Belt naqqset drastikament il-‘pickpocketing’

Il-Pulizija tal-ewwel distrett, jiġifieri tal-Belt u l-Furjana ġew rikonoxxuti bħala l-aqwa distrett tal-Pulizija wara li tul is-sena li għaddiet kien l-aktar distrett li ra tnaqqis fir-rata tal-kriminalità.

Is-supretendent tal-Belt Victor Aquilina spjegalna li l-ħidma fil-kapitali ma tieqaf qatt, u kif tul ix-xhur li għaddew ġie introdott kunċett ġdid li qed iwassal għal diversi riżultati pożittivi fejn jidħol is-serq u żamma tal-ordni.

Aqra aktar

Xogħol bla preċedent fl-infrastruttura ta’ pajjiżna 

Is-sena 2019 kienet sena oħra ta’ ħidma bla heda fl-infrastruttura ta’ pajjiżna. B’kollox din is-sena l-aġenzija Infrastruttura Malta investiet €64 miljun fi proġetti ta’ toroq arterjali u bdiet twettaq l-investiment ta’ seba’ mitt miljun ewro fuq perjodu ta’ 7 snin sabiex jinbnew mill-ġdid it-toroq residenzjali kollha.Aqra aktar

Send this to a friend