Kyle Mifsud – Page 2 – One News

Kyle Mifsud

Notifiki

Ħati ta’ qtil involontarju ta’ sieħbu wara li saq fis-sakra f’Għawdex

Terence Tanti ngħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ sieħbu ta’ 22 sena wara li sitt snin ilu ħabat ma’ ħajt waqt li kien qed isuq b’veloċità, fis-sakra u possibilment taħt l-effett tas-sustanzi illeċiti.

Dakinhar tal-inċident, li seħħ nhar l-ewwel tas-sena tal-2015 fin-Nadur, Matthew Meilak, student tal-liġi ta’ 22 sena tilef ħajtu kawża ta’ ġrieħi f’rasu ma’ arblu wara li tar mill-karozza li kien qed isuq Tanti.Aqra aktar

Il-President George Vella se jagħmel intervent kirurġiku minuri fl-Isptar Mater Dei

Il-President George Vella se jidħol l-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Frar biex isirlu intervent kirurġiku minuri li kien ippjanat bil-quddiem u li jrid isir taħt anestesija ġenerali. Il-President mhux se jkun jista’ jwettaq id-doveri tiegħu bejn l-14 u l-15 ta’ Frar, 2020. Matul dawn il-jumejn, is-Sinjura Dolores Cristina se tkun qed tassumi l-kariga ta’ Aġent President tar-Repubblika.

Id-DOI iwieġeb għax-xhieda ta’ Caroline Muscat

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li qatt ma rrifjuta li joħroġ access cards għall-attivitajiet tal-Gvern lill-organiżazzjonijiet tal-midja reġistrati u anki lill-organiżazzjonijiet mhux rreġistrati.

Id-DOI qal dan fid-dawl tax-xhieda tal-editur tas-Shift News Caroline Muscat fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni spjega wkoll li huwa ma joħoroġx Press Cards, iżda joħroġ Access Cards li jintużaw f’attivitajiet tal-Gvern.

Spjegaw li hija l-kamra tal-aħbarijiet rispettiva li tiddikjara x’inhu l-irwol tal-persuna fl-organiżazzjoni u mhux id-DOI.

Qal ukoll li huwa qatt ma nsista ma siti online tal-aħbarijiet biex jirreġistraw, madankollu spjegat li s-siti li rreġistraw minn jeddhom kienu nfurmati minn qabel li r-reġistrazzjoni kienet volontarja skont il-liġi tal-midja u l-att tad-defamazzjoni.

Id-DOI qal ukoll li l-calendarju tal-Gvern jiġi aġġornat kuljum u jista’ jiġi aċċessat minn fuq is-sit tad-DOI.

Għada se jibda jintrama l-pont pedonali tal-Blata l-Bajda

Il-Ġimgħa bil-lejl se tibda tintrama l-gverta tal-pont pedonali tal-Blata l-Bajda. Infrastructure Malta qalet li matul il-lejl tal-Ġimgħa sas-Sibt filogħdu se tibda titpoġġa il-Gverta ta’ 105 metru tal-pont il-ġdid għall-mixi u r-rotili qed jinbena biex tingħaqad iż-żona tal-Ħamrun mal-Għolja ta’ Spencer u l-inħawi tal-Menqa, fil-Furjana u l-Marsa. Il-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ Triq San Ġorġ Preca (mill-Furjana lejn Triq Diċembru 13, il-Marsa) se tkun magħluqa waqt dawn ix-xogħlijiet.

Infrastructure Malta talbet lis-sewwieqa sabiex isegwu t-tabelli lejn ir-rotta alternattiva mit-Telgħa ta’ Spencer u Moll il-Ħatab.

 

 

Il-karta tal-€20 l-aktar li qed tiġi ffalsifikata- Bank Ċentrali

Is-sena l-oħra kważi elf u erba’ mitt karta tal-flus falza ġew irtirati miċ-ċirkolazzjoni. Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali qal li fit-tieni nofs tas-sena ġew irrappurtati lill-bank aktar minn ħames mitt karta tal-flus falza.

Il-proporzjon tal-karti foloz tal-ħamsin ewro naqas filwaqt li żdiedu l-karti foloz tal-għoxrin ewro. Il-Bank Ċentrali qal li meta jitqabbel mal-għadd ta’ karti tal-ewro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni, il-proporzjon ta’ karti tal-ewro foloz għadu insinjifikanti.

F’Awwissu li għadda Malta rat żieda ta’ 5.2% fl-impjiegi full time

F’Awwissu li għadda l-persuni b’impjieg full time żdiedu b’5.2% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena ta’ qabel. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn minn informazzjoni miġbura minn Jobs Plus jirriżulta li f’Awwissu tas-sena l-oħra kien hemm aktar minn mitejn u għoxrin elf ruħ b’xogħol full time.

Dan wara żieda ta’ kważi 11,000 ħaddiem full-time u tnaqqis ta’ aktar minn mija u erbgħin ruħ jirreġistraw għax-xogħol.    Aqra aktar

Jitilgħu għal 40 il-Pulizija arrestati mis-sezzjoni tat-traffiku

l-investigazzjoni dwar allegat abbuż mis-sahra fit-Taqsima tat-Traffiku fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għadha għaddejja u n-numru ta’ Pulizija arrestati tela’ għal 40. Dan qalitu stqarrija tal-Pulizija fejn spjegat ukoll li t-total ta’ uffiċċjali li ġew sospiżi u ngħataw il-Police Bail sa issa tela’ għal 25.

Il-Korp tal-Pulizija aċċetta wkoll ir-riżenja ta’ 4 uffiċċjali minn din it-taqsima.

L-investigazzjoni qed issir fuq l-allegat abbużi li saru l-aktar fl-2019. Allegatament il-Pulizija kienu jirrappurtaw li jkunu ‘extra duty’ iżda minn stħarriġ li sar fis-sistema tad-datatrak tal-muturi, instab li qatt ma rrappurtaw għax-xogħol. It-Tlieta l-pulizija bdiet tinvestiga mal-35 uffiċjal tal-Pulizija fosthom żewġ Spetturi u Surġenti mit-taqsima tat-traffiku. Din l-investigazzjoni wasslet ukoll sabiex  it-taqsima spiċċat b’nuqqas t’uffiċjali. Fil-fatt, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Carmelo Magri bagħat sejħa lill-membri kollha tal-korp biex min għandu liċenzja tas-sewqan tal-mutur, jew min qiegħed jitħareġ sabiex ikollu l-liċenzja tas-sewqan, u hu interessat jissieħeb fit-taqsima tat-traffiku jista’ japplika sal-21 ta’ Frar.

Fil-frattemp ġie skattat pjan ta’ kontinġenza fejn Pulizija minn skwadri oħra flimkien ma’ uffiċċjali ta’ Transport Malta u l-Lesa qed ikunu fit-toroq jimmaniġjaw il-moviment tat-traffiku.

“Pervertiti bdew jibagħtu messaġġi indiċenti lit-tifla fuq Instagram” – Ġenituri ta’ Giorgia Borg

Kien hemm xi pervertiti li bdew jibagħtu messaġġi indiċenti fuq Instagram lit-tifla tagħna u lis-segwaċi tagħha. Din kienet dikjarazzjoni tal-ġenituri ta’ Giorgia Borg, kantanta ta’ 10 snin. Huma stqarrew li kienu għadhom kif bblokkaw numru ta’ persuni mis-sit soċjali ta’ binthom wara li bdew jibagħtu messaġġi u kummenti indiċenti. Il-ġenituri tagħha stqarrew ukoll li huma jgħassu u jimmaniġjaw il-profili tal-midja soċjali ta’ bintom u sostnew li kull perusna li taġixxi b’mod indiċenti kinet qed tiġi blokkata u rrapurtata.

giorgia kisbet il-fama tagħha fil-kamp mużikali wara li sentejn ilu ġiet fit-tielet post tal-Junior Eurovision Song Contest u s-sena l-oħra marret tajjeb ukoll fil-programm Britan’s Got Talent.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ttajjar minn anzjan ieħor fil-Birgu

Raġel ta’ 79 sena, mill-Fgura, sofra ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fil-Birgu. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-0930hrs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Dwardu, l-Birgu u kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel ta’ 79 sena safa’ milqut minn vettura ta’ tip Skoda Felicia misjuqa minn raġel ta’ 82 sena residenti l-Kalkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Pitturi ta’ Filippo Venuti għall-wiri f’Għawdex wara li ġew restawrati

Fil-mużew Il-Ħaġar fir-Rabat Għawdex bħalissa qed tittella’ wirja temporanja ta’ pitturi ta’ Filippo Venuti li għex fil-Gżejjer Maltin għal disa’ snin bejn l-1894 u l-1903. Il-Wirja tiffoka fuq erba’ pitturi 
tal-erba’ Evanġelisti u fuq l-abbozz tal-pittura tal-koppla tal-Bażilika ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex. 

Aqra aktar

Send this to a friend