Kyle Mifsud | One News - Part 13

Kyle Mifsud

Notifiki

It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN

“Imfarrkin ġbin, għadni ġej minn hawn isfel issa ġej minn naħa t’hawnekk it-toroq kull ħofra daqshiex il-karozza kont se nkissirha, jiġifieri dan kont qed inħallas il-liċenzja u insurance jien uwx.”  “Hopeless uwx, ħafna bankini mkissrin.” “Żibel hi, hawnekk għandna l-kunsill hawn taparsi u ħadd ma jagħmel xejn. Mhux ħofor, barrieri għandna hawnekk. Barrieri u żibel u imbarazz” “Imħaffrin kollha, ilma ħiereġ minnhom.”

Kif jixhdu r-residenti ta’ San Pawl l-Baħar u l-madwar, it-toroq f’din iż-żona tant popolari mal-Maltin u t-turisti jinsabu f’qagħda mwiergħa.

Aqra aktar

ARA: Il-mument x’ħin Gin reġa’ ingħaqad lura ma’ familtu

Gin, il-kelb tar-razza Shih Tzu li ilu għal dawn l-aħħar jiem mitluf reġa’ inagħqad mas-sidien tiegħu wara li nstab fl-istess żona li kien intilef fiha fil-Buskett. Tul dawn l-aħħar jiem li l-kelb kien ilu mitluf sidu għamel diversi appelli fuq il-media soċjali bil-għan li jkun jista’ jinstab il-kelb tagħhom fejn saħansitra offrew rigal ta’ €1,000 lill-persuna li ssibu.

Filmat mtella fuq Facebook minn wieħed mis-sidien qabad il-mument x’ħin il-kelb reġa’ ingħaqad mill-ġdid ma’ familtu.

 

 

Raħħal iħammar wiċċ l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista

Raħħal veteran tal-majjali ħammar wiċċ l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista wara li qallhom li l-problemi li qed jaffaċċja s-settur huma kawża ta’ deċiżjonijiet ħżiena tal-Partit Nazzjonalista. F’kummenti li ta lil Delia u Peter Agius wara konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet fir-razzett tiegħu, Mario Abela li huwa wkoll membru tal-Koperattiva tal-Majjali sostna li dawk li kienu tqabbdu mill-Partit Nazzjonalista sabiex jinnegozjaw mal-Unjoni Ewropea poġġew lill-pajjiżna fil-keffa ta’ pajjiżi ferm akbar. Dwar dan, l-ogħla amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma kellhiex x’tikkumenta u l-ebda persuna ma lissen kelma waħda.

Preżenti għal din il-konferenza li kienet intiż sabiex tipprova toħloq polemika oħra fil-konfront tal-Gvern kien ukoll il-kandidat għall-elezzjonijiet tla-parlament Ewropew Peter Agius. Minkejja li Agius ilu sa mill-2002 jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea huwa wkoll baqa’ b’fommu mitbuq għall-kliem tar-raħħal.

 

Aqra aktar

Send this to a friend