Kyle Mifsud | One News - Part 12

Kyle Mifsud

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Pulizija b’rejd kbir għad-droga f’Tal-Pietá

Numru ta’ persuni ġew arrestati waqt rejd knir għd-droga li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Tal-Pietá. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li f’dan ir-rejd kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tal-Special Intervention Unit li għamlu l-assalt inizjali fuq l-appartament li jinsab fl-ewwel sular.

Filmati miġbuda mill-ġurnalist ta’ ONE juru lill-Pulzija jużaw xi għodda sabiex setgħu fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalulna li fis-siegħa u l-ħin semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass. Filfatt ftit tal-ħin wara waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi tagħna qalulna wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.

Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament. Filmati miġbuda minnha juru wkoll il-Pulizija ħerġin b’żewġ irġiel u mara immanetjati li ttieħdu id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Filmati: Stefan Bajada

 

Karol Aquilina ma jaqbilx mal-mod ta’ kif Jason Azzopardi nnegozja l-art Tal-Fekruna

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ma qabilx mal-mod kif Jason Azzopardi għamel ftehhim ma’ kuntrattur qrib il-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-art tal-fekruna.
F’konferenza tal-aħbarijiet dwar is-servizz pubbliku Aquilina ddikjara li Ministru m’għandux jiddetta deċiżjonijiet li normalment joħduhom il-ħaddiema taċ-ċivil. Meta kien mistoqsi jekk jaqbilx mal-aġir ta’ Azzopardi dwar il-Fekruna huwa ddikjara li f’ċirkostanzi bħal dawn l-involviment tal-Ministru fisser li l-poplu Malti mar minn taħt.

Minkejja li għal dawn l-aħħar snin Karol Aquilina kien minn ta’ quddiem li jikkritika kull deċiżjoni li ħa l-Gvern, meta reġa kien mistoqsi jekk Azzopardi għandux jerfa’ r-responsabbiltà politika, Aquilina flimkien maż-żewġ kandidati għall-parlament Ewropej baxxew rashom u ħarġu minn ġol-kamra.

Fix-xhieda tiegħu quddiem il-kumitat tal-kontijiet pubbliċi, Peter Mamo kien qal l-affarijiet fl-espropriju tal-art tal-Fekruna ma sarux skont il-proċedura. Fix-xhieda ġuramentata qal li kieku kien hu ma kienx jiffirma l-ftehim ta’ tpartit ta’ art tal-Gvern ħamest ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali, bħalma ġara fil-każ tal-art tal-Fekruna. Sostna wkoll li ma qabilx li l-proprjetà tal-Gvern f’San Ġwann u s-Swieqi kellha tiġi vvalutata minn periti tal-kuntrattur stess għax skont Mamo ħwejġu għandu jivvalutahom hu stess u mhux ix-xerrej.

Dwar dan il-każ skandaluż anki l-Awditur Ġenerali kien tefa’ dubji kbar dwar kif sar ftehim li konsegwenza tiegħu, l-pajjiż tilef mal-miljun ewro.

ARA: Ma tistax tidħol? Mhux problema…

Qatt inqbadt fuq barra ta’ stabbiliment u ma stajtx tidħol minħabba li kienu qed isiru xi xogħlijiet fuq il-bankina?

Dan ir-raġel fil-filmat li qed jiċċirkola fuq Facebook ġralu hekk iżda l-ħaddiem li kien qed iħaddem il-gaffa mill-kappell li kellu selllimlu u tah daqqa t’id sabiex ikun jista jidħol fil-ħanut.

Jinħatfu 3 baħrin fuq minn fuq vapur irreġistrat f’Malta

Tliet baħrin Rumeni nħatfu minn fuq il-vapur Histiria Ivory minn numru ta’ pirati ftit il-barra mill-port ta’ Lomo fit-Togo. L-attakk mill-pirati seħħ nhar il-Ħadd filgħaxija madwar 20 mil il-barra mill-port. Dakinhar il-pirati telgħu fuq il-vapur fejn filwaqt li kissru kull ma sabu quddiemhom ħatfu lit-3 Rumeni li ma laħqux issakkru fl-istiva ħdejn sħabhom. Immedjatament wara li nħatfu, l-pirati ħarbu bihom b’kollox minn fuq il-vapur.

Aqra aktar

Send this to a friend