Kyle Mifsud | One News - Part 11

Kyle Mifsud

Notifiki

Il-President inawgurat skate park ġdid f’Birżebbuġa

Dalgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca flikien mal-Ministru għat-turiżmu Konrad Mizzi inawguraw ‘skate park’ ġdid f’Birżebbuġa. Dan l-iskate park sar possibbli permezz ta’ inizjattiva tal-‘President’s Trust Foundation’ flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Ministeru għat-Turiżmu. Dan il-proġett inbena biswit il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa f’żona li hija magħluqa apposta u li fiha mistennija jibdew jinżlu għexieren ta’ tfal u żagħżagħ sabiex jipprattikaw id-delizzji tagħhom f’ambjent modern u sigur.

Malta terga’ tikklassifika fi klassi ‘A’ ta’ S&P bis-saħħa tal-bidliet fl-ekonomija li wettaq dan il-Gvern

Malta reġa’ inagħtat ċertifikat ieħor pożittiv mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu internazzjonali Standard and Poors. Fl-istħarriġ li għamlet dwar pajjiżna Standard and Poors reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ A-/A-2 għall-pajjiżna bi tbassir pożittiv għall-futur.

Fl-analiżi indipendenti tagħha Standard and Poors qalet li r-rating li tat lil Malta huwa bbażat fuq tkabbir b’saħħtu flimkien mas-surplus u titjib fid-djun tal-Gvern. Madankollu filwaqt li nnutat li l-ekonomija miexja fuq ritmu tajjeb, Brexit jista’ jħalli xi effetti fuq dan l-andament. L-analisti indipendenti qalu wkoll li qed ibassru li t-tkabbir ekonomiku se jlaħħaq madwar l-4% bejn din is-sena u l-elfejn u tnejn u għoxrin. Fost il-proġetti li kkontribwixxew għal dan it-tkabbir kien hemm l-investiment fis-settur tal-enerġija u fl-infrastruttura tal-pajjiż.Aqra aktar

ARA: Il-post ta’ fejn qed tgħix il-puma li dehret timxi fuq il-bjut

Wara li l-Ħamis li għadda filmat mtella’ fuq Facebook qajjem diversi mistoqsijiet dwar kif jista’ jkun hemm Puma, li hija annimal eżotiku tgħix ġo bitħa qalb nurmu ta’ residenzi privati. Dakinhar stess il-Minsteru għall-Ambjent kien spjega li d’dan il-każ ma kien hemm xejn irregolari hekk kif is-sid ta’ dan l-annimal kellu l-permessi kollha neċessarji. Qal ukoll li minn spezzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien qatt ma deher li kien hemm xi nuqqas jew abbuż fiż-żamma tal-annimal.

Dakinhar ukoll rapporti fil-media lokali kkwotaw lill-ġirien ta’ sid din il-puma jgħidu li qatt ma raw xi ħapa ħażina fiż-żamma tagħha u li dan l-annimal qatt ma ħareġ miż-żona allokata għalih.

Intant’ b’reazzjoni għal dan kollu sid il-puma, Etienne Gracey tella’ filmat fuq is-sit soċjali Facebook fejn were lilu jilgħab ma dan l-annimal li deher leali u fidil ħafna lejn sidu. Dan l-annimal saħansitra għandu żona kbira riżervata għalih fuq wara tar-residenza tas-sid. Din iż-żona jidher li saħansitra fiha post fejn il-puma tkun tista timraħ, tilgħab u tistkenn mill-elementi bl-aktar mod sigur.Aqra aktar

Malta r-raba’ l-aktar pajjiż mill-UE li implimenta rakkomndazzjonijiet tal-KE

Rapport tal-Unjoni Ewropea juri kif pajjiżna huwa r-raba’ l-aktar pajjiż li implimenta rakkomandazzjonijiet tal-Kummisjoni Ewropea fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Fil-fatt, mill-2011 ‘l hawn Malta implimentat 82% tar-rakkomandazzjonijiet li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-konfront ta’ pajjżna.

L-istess rapport spjega bl-aktar mod kategoriku li l-Gvern ħadem fuq 97% tar-rakomandazzjonijiet b’21% kienu implimentati b’mod sħiħ bil-kumplament sar xogħol sostanzjali fuhqom. Aqra aktar

Riċerkaturi Maltin jiżviluppaw test li jaqbad il-kanċer minn qabel

Riċerkaturi tal-Università ta’ Malta żviluppaw numru ta’ testijiet ġodda għall-kanċer tas-sider li mistennija jtejbu t-testijiet eżistenti u jagħmluhom inqas invasivi minn kif nafuhom bħalissa.

Il-Professur Geodfrey Grech, li huwa wieħed mil-koordinaturi ta’ dan il-proġett, spjega kif dawn it-testijiet issa huma kapaċi li jaqbdu tipi diversi ta’ kanċer minn test tad-demm. Dawn it-testijiet janalizzaw it-tumuri, li s’issa seta jkun analizzat mill-materjal tiegħu stess, iżda r-riċerkaturi żiedu s-sensittività ta’ dawn il-metodi, biex illum il-partiċelli tat-tumur li jkunu fid-demm ukoll jistgħu jiġu analizzati.

Il-Professur Grech spjega li minn dawn it-testijiet li huma iktar sensittivi tista’ tieħu informazzjoni fuq il-pazjenti mhux biss fil-bidu tad-dijanjożi, iżda tista’ tibqa’ tistħarreġ lill-pazjent waqt it-terapija. Qal ukoll li issa li l-prodott jista’ jiġi kkumerċjalizzat, qegħdin janalizzaw ukoll dawn it-testijiet fuq il-kanċer tal-musranaAqra aktar

Malta se tilħaq il-miri tagħha dwar l-enerġija li tiġġedded

Sa sentejn oħra, Malta mistennija tilħaq il-miri Ewropej dwar l-enerġija rinovabbli, hekk kif mill-2005 ’l hawn rajna żieda ta’ 7.2% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi li jiġġeddu bħax-xemx. Dan joħroġ minn rapport tal-Eurostat li nnota wkoll żieda ta’ aktar minn 1% fuq l-istess rapport li nħareġ is-sena l-oħra.Aqra aktar

Persuna l-isptar wara li kċina ta’ Guest House nħakmet minn nirien

Persuna ttieħdet l-isptar għall-kura wara li kċina ta’ Guest House f’Buġibba inħakmet minn nirien. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma tim mediku mill-isptar Mater Dei.

Fi ftit ħin il-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien filwaqt li l-ħaddiema tal-emerġenza taw l-ewwel għajnuna lil dawk li kienu fil-Guest House u ħadu persuna l-isptar minħabba li belgħet xi dħaħen.

Ritratti: CPD

BIL-FILMAT: Il-Pulizija b’rejd kbir għad-droga f’Tal-Pietá

Numru ta’ persuni ġew arrestati waqt rejd knir għd-droga li seħħ ftit tal-ħin ilu f’Tal-Pietá. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li f’dan ir-rejd kienu involuti Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk tal-Special Intervention Unit li għamlu l-assalt inizjali fuq l-appartament li jinsab fl-ewwel sular.

Filmati miġbuda mill-ġurnalist ta’ ONE juru lill-Pulzija jużaw xi għodda sabiex setgħu fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalulna li fis-siegħa u l-ħin semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass. Filfatt ftit tal-ħin wara waslu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi tagħna qalulna wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.

Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament. Filmati miġbuda minnha juru wkoll il-Pulizija ħerġin b’żewġ irġiel u mara immanetjati li ttieħdu id-Depot tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Filmati: Stefan Bajada

 

Send this to a friend