Kyle Mifsud | One News - Part 10

Kyle Mifsud

Notifiki

ARA: Imut wara li waqa’ 4 sulari f’Tas-Sliema

Persuna mhux magħrufa tilef ħajtu wara li għal xi raġuni waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dingli f’Tas-Sliema.  Għall-ħabta tad-9am, l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u tim ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq inċident f’sit ta’ kostruzzjoni. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel li huwa barrani li waqa’ madwar 4 sulari u mhux ħaddiem li kien qed jaħdem f’dak is-sit u filfatt huwa instab minn ħaddiema li kienu se jibdew il-ġurnata tax-xogħol tagħhom.

Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post jdher li minħabba li r-raġel jinsab f’post mhux aċċessibbli l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-USAR kellhom jinżlu ħdejh permezz tal-ħbula u makkinarju tal-kostruzzjoni.

Nifhmu li dwar dan il-każ se tkun qed tinfetaħ inkjesta u l-Pulizija mistennija tibda b’ħidma sabiex jiġi identifkat il-vittma u l-kawża flimkien mal-ħin tal-mewt.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Rumen bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-forklifter fit-Tarzna

Tard il-Ħadd filgħaxija Rumen ta’ 30 sena idaħħal b’mod urġenti l-isptar għall-kura wara li nqaleb bil-forklifter li kien qed jiġi misjuq minn ġuvni ieħor ta’ 20 sena fit-Tarzna tal-Palumbo f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq Għajn Dwieli biswit l-entratura tat-Tarzna. Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħarġu lir-raġel ta’ 30 sena minn taħt il-lifter u ħaduh lejn l-emerġenza tal-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isorfri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

ARA: “40 minuta ilu miet ħija” – Mons. Pawlu Cremona waqt il-quddiesa tal-50 sena mill-Ordinazzjoni tiegħu

40 minuta ilu miet ħija. Din kienet l-ewwel dikjarazzjoni tal-Isqof Pawlu Cremona waqt il-quddiesa li fakkret il-50 sena mill-Ordinazzjoni tiegħu. B’vuċu miksura l-Arċisqof emeritu spjega kif ħuħ kien wieħed mix-xhieda tiegħu fil-jum li huwa laħaq qassis. Huwa qal ukoll li jumejn qabel ġiet iċċelebrta din il-quddiesa huwa kien mar fuq ħuħ u bl-aktar mod umli staqsih sabiex jitlob għalih.

Monsinjur Cremona serva bħala Arcisqof ta’ Malta bejn l-2007 u l-2014 sakemm eventwalment ċeda postu għal Arcisqof preżenti Monsinjur Charles J Scicluna.

Fl-istess ċelebrazzjoni li għaliha attendew numru ta’ mistiednin distinti kien hemm ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni ta’ Monsinjur George Frendo. Frendo li huwa wkoll Dumnikan u ġie ordinat qassis flimkien ma’ Pawlu Cremona iżda bħalissa qed imexxi l-Arċidjoċesi ta’ Tirana fl-Albania. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1969 Cremona kien serva bħala patri Dumnikan  fir-Rabau u hekk kif ħa id-dottorat fit-teoloġija serva bħala kappillan fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà u fil-Knisja ta’ Ġesu Nazzarenu f’Tas-Sliema. Aqra aktar

F’anqas minn 100 jum, il-Gvern jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja

F’inqas minn mitt jum mindu ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, it-Tnejn li ġejn il-Gvern se jressaq quddiem il-Parlament abbozz li se jifred il-funzjonijiet ċivili tal-Avukat Ġenerali minn dawk ta’ prosekuzzjoni li sal-lum it-tnejn jaqgħu f’ħoġru. Sal-btajjel tas-sajf, il-Parlament se jkun approva l-ħatra ta’ Prosekutur Ġenerali ġdid li issa se jassumi dan l-irwol li sa issa kellu l-Avukat Ġenerali.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tal-mużew tal-arkeoloġija l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi spjega kif huwa għandu l-mandat tal-kabinett tal-Ministri biex jibda jimplimenta bdil f’liġijiet skont ir-rakomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Spjega li wħud minn dawn il-liġijiet, bħal dik tal-Avukat Ġenerali ilhom fis-seħħ għal għexieren ta’ snin.Aqra aktar

Nirien f’lukanda fil-Qawra – Protezzjoni Ċivili msejħa fuq il-post

Ftit tal-minuti qabel it-tmienja ta’ filgħaxija il-Protezzjoni Ċivili daħlithom sejħa li kien għadu kif qabad nar fil-laundry tal-lukanda Bellavista fil-Qawra.

Fuq il-post marru numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku mill-isptar Mater Dei.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Il-Gvern b’investiment ta’ €150,000 fil-klabb tar-regatta ta’ Birżebbuġa

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar is-sit il-ġdid minn fejn qiegħed jopera il-klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa, sit li ngħata mill-Gvern u li tranġa mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura li jaqa’ taħt l-istess Ministeru.

“Għal darboħra qed niltaqgħu fuq sit fejn il-Gvern daħal għal għaqda sportiva, fejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettaq ħidma għal klabb ieħor favur operat u faċilitajiet aħjar, fejn il-Gvern ta sit pubblika għal użu sportiv u fejn l-investiment qiegħed ikompli anke permezz ta’ Infrastructure Malta li qiegħda tħejji slipway biex tiffaċilita l-operat tal-klabb. Illum qegħdin hawnhekk fuq is-sit li issa qiegħed jintuza mill-klabb tar-Regatta ta’ Birżebbuġa li għal żmien twil kellu jinqeda b’garaxxijiet żgħar jew b’arranġamenti ma’ clubs oħra għax ma kellux post adekwat fejn jopera,” qal il-Ministru Borg.Aqra aktar

Qed tiġi mfassla viżjoni strateġika għat-turiżmu li twassal sas-sena 2025

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-istakeholders kollha qiegħed jaħdem biex tiġi mfassla viżjoni strateġika fuq medium u long-term sas-sena 2025. Huwa spjega kif l-objettivi ta’ din il-viżjoni ser ikunu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li bħalissa qegħdin jiġu affaċċjati fis-settur tat-turiżmu. Għalhekk, l-objettivi ta’ din il-viżjoni huma primarjament:

  • Li jkollna f’pajjiżna viżitaturi ta’ kwalità u li jonfqu iżjed flus fil-pajjiż waqt iż-żjara tagħhom;
  • Li t-turiżmu f’pajjiżna jkompli jikber b’mod sostennibli u mmaniġjat tajjeb, filwaqt li nkomplu nnaqsu l-istaġjonalità ta’ pajjiżna mill-aspett turistiku;
  • Li tiġi implimentata strateġija dwar il-konnettività tal-ajru ta’ pajjiżna sabiex intejbu l-konnettività ta’ pajjiżna f’kull żmien tas-sena;
  • Li noħolqu iżjed niċeċ turistiċi f’pajjiżna biex nattiraw udjenzi ġodda;
  • Li naċċertaw li pajjiżna jkollu r-riżorsi meħtieġa, speċjalment dawk umani, sabiex ikun jista’ jkompli jtejjeb il-prodott u s-servizz turistiku offrut lit-turisti;
  • Li nattiraw udjenzi ġodda, fosthom dawk tal-Amerka ta’ fuq, tal-Ġappun, tal-Awstralja, taċ-Ċina u tal-Indja li jħallu impatt ekonomiku ikbar.

Dwar ix-xenarji ta’ Brexit, il-Ministru Konrad Mizzi tenna li l-Gvern Malti huw kommess li jkun l-aktar stat brexit-friendly fl-Unjoni Ewropeja. Huwa qal li mill-aspett turistiku għaddejjin diskussjonijiet dwar dan mal-istakeholders ikkonċernati, speċjalment mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-Ministru kkonkluda billi rringrazzja lill-Malta Hotels and Restaurants Association tal-kontribut tagħhom, filwaqt li nnota r-riżultati pożittivi li Malta kompliet tirreġistra fil-qasam tat-turiżmu fl-2018.

Casa ma jistax ikun kredibbli wara li b’Jason Azzopardi għafas ġurnalist biex jikxef is-sors

Il-Partit Laburista qal li l-membru tal-Parlament Ewropew David Casa ma jistax jittieħed bis-serjetà meta jitkellem dwar l-irwol u l-libertà tal-midja. Sal-bieraħ stess David Casa, permezz tal-avukat tiegħu Jason Azzopardi kien qed jipprova jgħafas ġurnalist biex fil-Qorti jikxef is-sors tiegħu. Xi ħaġa li f’demokrazija b’saħħitha bħal tagħna mhix aċċettata. Casa jrid jitkellem dwar il-ħarsien tal-whistleblowers fit-Turkija u fid-dinja kollha. Iżda, lil whistleblowers f’Malta li jitkellmu dwaru irid ikun jaf min huma biex ikun jista jpattihilom u jattakkahom. Casa mhux kredibbli għax jigdeb kontinwament. Iżda, mhux kredibbli wkoll għax jgħix bid-double standards.

Ħa jibda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika maħsub li jwassal għall-ħolqien ta’ strateġija nazzjonali kontra t-traffikar uman

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli indirizzat il-konferenza Freedom is not negotiable organizzata mill-Cross Culture International Foundation. It-tema magħżula għal din il-konferenza kienet it-traffikar uman u għaliha attendew il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, persuni mill-qasam tal-volontarjat Maltin u barranin u studenti tal-primarja flimkien mal-ġenituri tagħhom.Aqra aktar

Send this to a friend